Carlston Grima

Bijonota ta’ Carlston Grima Carlston Grima (1990) studja fl-Università ta’ Malta u ggradwa fil-Baċellerat bl-Unuri fil-Malti, fil-Qari tal-Provi fil-Malti u fil-P.G.C.E fil-Malti. Temm ukoll l-istudju tiegħu tal-Maġisteru fil-Malti bit-titlu Studju Soċjolingwistiku fuq ir-Reġistru tal-Piroteknika Maltija. Kien jgħallem l-ilsien Malti fi skola sekondarja, u bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. Il-poeżiji tiegħu ġew ippubblikati fl-antoloġiji Kliem Infinit (2014), Bejn Tnejn (2014), u Erba’ Profili - Qoxra Waħda (2016), kif ukoll proża qasira fil-ktieb Għidli Mitejn - Tell me 200 (2014). Ippubblika wkoll dizzjunarji tal-logħob tan-nar bl-isem ‘Kaxxa Infernali’ (2017). Ħa t-tielet post fil-Premju Frans Sammut organizzata mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, bħala rikonoxximent tax-xogħol li għamel b’risq l-ilsien Malti.

Il-Kultura: Dak li jagħmilna Maltin

Sa tmien din il-lezzjoni l-istudenti se:
1. jiddiskutu fi gruppi aspetti li jiddistingwu l-identità tagħna;
2. jiktbu paragrafu dwar l-identità Maltija;
3. jaqsmu dak li jkunu ddiskutew fi grupp mal-kumplament tal-klassi.