Deżerti 1: X’inhu deżert? Fejn qegħdin xi deżerti sħan u kesħin? X’inhuma graffs tal-klima?
F’din il-lezzjoni se naraw x’inhu deżert. Permezz ta’ mappa tad-dinja, se naraw fejn qegħdin xi deżerti sħan u xi deżerti kesħin. Se naraw, permezz ta’ graffs tal-klima, id-differenza bejn it-temperatura u l-ammont ta’ xita li tinżel kemm f’deżerti sħan kif ukoll f’deżerti kesħin.