Year 3 Religion

Jien nista’ nkun Xmun – 6.4

Illum se nerġgħu naraw dak li għamel Xmun ma’ Ġesù meta għenu. Ġesù qalilna li kull min jgħin lil xi ħadd ikun qed jgħin lilu stess. Illum se nkompli nitgħallem li meta ngħin għandi nagħmel dan bil-qalb kollha. Jien ukoll nieħu pjaċir meta xi ħadd jgħinni u allura għandi nifhem kemm hu sabiħ li ngħin lil ħaddieħor ukoll.

U raw il-ġebla mgerrba… u l-qabar vojt 6.6

Illum ħa naraw kif tkompli l-istorja ta’ meta Ġesù miet għalina. Xi nisa marru kmieni ħdejn il-qabar ta’ Ġesù. Żewġ anġli qalulhom li Ġesù kien qam. Meta tnejn mill-appostli ndunaw li l-Imgħallem tagħhom kien qam tassew mill-mewt riedu jtiru bil-ferħ. Huma ġrew lura biex jgħidu lill-appostli l-oħra. Meta Ġesù qam mill-mewt, hu wriena li t-tajjeb huwa aqwa mill-ħażin. Ġesù qam mill-mewt biex jurina li aħna, wara din il-ħajja, nistgħu mmorru l-ġenna.

Wieqfa taħt is-salib – 6.5

Meta Ġesù kien qiegħed ibati għalina, il-Madonna batiet ħafna ukoll. Il-Madonna kienet ukoll taħt is-salib. Aħna wkoll inbatu fil-ħajja tagħna, imma ma rridux naqtgħu qalbna. It-tbatija tista’ tkun minħabba mard, mewt, gwerra, ġuħ u affarijiet bħal dawn. Aħna, bħala dawk li nħobbu lil Ġesù, irridu nitolbu għal dawk li jbatu.

Nindunaw u nibdlu t triq – 7.7

F’din il-lezzjoni ser tifhem x’għandek tagħmel meta tinduna li fil-ħajja tagħna, aħna ngħidu li nibdlu t-triq għaliex nindunaw li nkunu għamilna żball u allura nkunu rridu nagħmlu mod ieħor li jkun aħjar. Ser naraw xi tfisser il-maħfra. Ser nisimgħu rakkonti mill-Bibbja, fejn ser naraw kif Ġesù b’imħabba kien jgħin biex nies ibiddlu t-triq. Hu kienjaħfer lil kulħadd.

Salvani – 8.2

F’din il-lezzjoni ser nifhmu li hija parti mill-ħajja li kultant irridu nbatu biex wara nkunu ferħanin. Hemm ħafna lejn min induru f’mumenti diffiċli. Biex nirnexxu ma rridu naqtgħu qalbna qatt. Naraw l-istorja ta’ meta Ġesù kien rieqed fid-dgħajsa meta qam maltemp kbir. L-appostli qajmu lil Ġesù għax kienu qed jibżgħu ħafna. Ġesù qam u sikket il-baħar u kollox reġa’ kkalma.

Id-drittijiet u d-dmirijiet – 8.5

Illum ser nitgħallmu x’inhuma d-dmirijiet u x’inhuma d-drittijiet u d-differenza bejniethom. Se naraw ukoll l-importanza tagħhom it-tnejn f’ħajjitna inkunu kuntenti Irridu nitgħallmu li għalkemm napprezzaw lil min jagħtina dak li hu dritt għalina, imma aħna rridu nkunu lesti li nagħmlu dawk li huma d-dmirijiet tagħna wkoll.

Għandna bżonn lil xulxin – 8.8

F’din il-lezzjoni ser nirrevedu x’nifhmu meta ngħidu li ‘tħenn’. Meta naħfru lil dawk li jkunu naqsuna nkunu qegħdin inħennu għall-oħrajn u dan iridu Ġesù li hu wkoll ħafer. Jekk inħobbu lil Ġesù rridu nitbiegħdu mid-dnub u dan jgħinna nħossuna ferħanin. Se nifhem ukoll li aktar kemm ngħin lil dawk ta’ madwari, aktar inħossni ferħana u nkun nista’ ngħix fil-paċi mal-oħrajn. Hekk inkun qiegħda nuri wkoll li napprezza lil dawk ta’ madwari.