Year 4 Religion

Ara titlax! – 7.1

F’din il-lezzjoni ser nitgħallmu xi tfisser il-kelma ‘sfida’ jew ‘challenge’. Ser nifhmu wkoll li biex tikber bil-għaqal trid tiffaċċja l-isfidi li tiltaqa’ magħhom. Dawn l-isfidi jgħinuna biex nagħmlu mhux dak li nixtiequ imma dak li fil-mument ikun hemm bżonn. Anke Ġesù bħala bniedem kellu l-isfidi tqal tiegħu.

Għandek valuri? – 7.4

Illum ser nerġgħu naraw xi tfisser il-kelma ‘valur’ u li l-valuri jgħinuna ngħixu fil-paċi mal-oħrajn. Il-valuri tal-kuraġġ u l-qawwa ħa jgħinuna nikbru bħala persuni sbieħ. Eżempji ta’ kuraġġ u qawwa huma meta nirrispettaw anke lil min mhux ħabib tagħna

Mhux kliem imma fatti – 7.5

F’din il-lezzjoni ser nitgħallmu kemm hi ħaġa sabiħa li nħobbu dejjem! Ser naraw kif Ġesù baqa’ jħobb lil Ġuda sal-aħħar u pprova jgħinu jibdel ħajtu imma Ġuda ma riedx jaf. Ser naraw ukoll x’jiġri meta persuna titkellem bla ma taħseb, kif għamel Pietru. Pietru ċaħad lil Ġesù għaliex tkellem bla ma ħaseb.

Ngħannulek għanja – 8.1

Minn din il-lezzjoni ħa tifhem li Ġesù hu r-Ragħaj it-Tajjeb tagħna. Ġesu, bħala ragħaj, jieħu ħsiebna u jara li ma jonqosna xejn. Ir-Ragħaj it-Tajjeb qatt ma jħalli mqar nagħġa waħda mitlufa, iżda jagħmel minn kollox biex isibha. Ħa titgħallem ukoll li s-Salmi huma innijiet lil Alla forma ta’ poeżija miktuba bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.

Hu għadu jmexxina – 8.2

F’din il-lezzjoni ser titgħallem min imexxi l-Knisja fid-dinja kollha u min huma dawk li jmexxu l-Knisja f’Malta. Ser tifhem ukoll li hemm xi xogħol li jagħmluh ċerti nies fil-parrocca li huma l-parroċċa: il-kappillan, il-qassisin, il-katekisti, is-sagristan, il-lajċi u l-lajċi mpenjati, il-membri tal-kor, xi sorijiet jew patrijiet fil-komunità.