Year 9 Geography General

L-ilma 12 – Il-widien u l-mogħdijiet tal-ilma ħelu fil-gżejjer Maltin

F’din il-lezzjoni l-istudenti jitgħallmu jfittxu eżempji ta’ mogħdijiet ewlenin tal-ilma ħelu li nsibu f’pajjiżna fosthom is-sistema ta’ Wied il-Għasel, Wied il-Kbir, Wied is-Sewda u l-Wied ta’ Marsalforn. Jitgħallmu wkoll jispjegaw kif l-ekosistema naturali tal-widien tagħna hija mhedda serjament u qed tinqered kawża tal-attività tal-bniedem.

Il-Baħar 2 – Kif jiffurmaw il-bajjiet u l-ilsna tal-art?

F’din il-lezzjoni l-istudenti se jitgħallmu:
1. Jagħrfu bajjiet, irjus ta’ art u xtajtiet.

2. Ipinġu illustrazzjonijiet illejbiljati u jispjegaw kif iffurmaw l-ilsna tal-art maħruġa fuq il-baħar u l-bajjiet.

3. Isemmu u jimmarkaw fuq mappa tal-Gżejjer Maltin xtajtiet, bajjiet imrammla kif ukoll ilsna ta’ art ewlenin li jinkludu l-Bajja tal-Mellieħa (l-Għadira), il-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa, il-Bajja ta’ Birżebbuġa, ir-Ramla l-Ħamra, il-Bajja tax-Xlendi, il-Qarraba, Ras il-Qawra u Ras il-Fenek.

Il-Baħar 5 – L-akkwakultura

F’din il-lezzjoni l-istudenti jitgħallmu isemmu l importanza tal-baħar bħala riżorsa naturali għall-ikel u l-ilma, trasport u rikreazzjoni, isemmu wkoll l-impatt li għandu l-baħar fuq il-klima globali billi fost affarijiet oħra jassorbi d-dijossidu tal-karbonju (CO2), isemmu u jispjegaw is-sorsi ta’ tniġġis tal-baħar li jinkludu r-rimi ta’ drenaġġ mhux ipproċessat, tnixxijiet taż-żejt, skart industrijali u mill-attivitajiet tal-biedja kif ukoll mill-akkwakultura.

Il-Biedja 2: Biedja Organika

Il‑konsumaturi llum huma mgħarrfa sew fuq il‑prodotti tal‑ikel li jixtru u jikkunsmaw. L‑iżviluppi li seħħew fis‑settur tal‑biedja, fosthom
il‑metodi ġodda biex tiżdied il‑produzzjoni tal‑uċuħ tar‑raba’, qed iħallu impatti negattivi kbar fuq l‑ambjent, fuq il‑ħxejjex, il‑frott u fuq
prodotti oħra tal‑biedja li nikkonsmaw. Huwa propju għalhekk li numru ta’ bdiewa qed jaqilbu għal sistemi ta’ agrikultura naturali jew aħjar organiċi.

Il-Baħar 6 – It-tniġġis tal-baħar

F’din il-lezzjoni l-istudenti jitgħallmu isemmu u jispjegaw is-sorsi ta’ tniġġis tal-baħar li jinkludu r-rimi ta’ drenaġġ mhux ipproċessat, tnixxijiet taż-żejt, skart mill-industrija u mill-attivitajiet tal-biedja kif ukoll mill-akkwakultura.
• Isemmu u jispjegaw l effetti ta’ dan it-tniġġis fuq l ambjent tal baħar.
• Jispjegaw għalfejn il Baħar Mediterran huwa vulnerabbli għat tniġġis.
• Jissuġġerixxu mezzi u strateġiji li permezz tagħhom jista’ jitnaqqas it-tniġġis mill-baħar.

Il-Biedja 3: Il-Ħamrija – Kif tifforma u xi karatteristiċi tal-ħamrija.

Il-ħamrija titqies bħala riżors naturali essenzjali u fl-istess ħin vulnerabbli. Naraw il-proċess kif titnissel il-ħamrija bit-tagħwir tal-blat, iż-żieda tal-ilma, l-arja u organiżmi ħajjin kif ukoll bit-tkissir ta’ materjal organiku. Niddeskrivu fil-qosor kif il-ħamrija tkun differenti fl-għamla, fil-fond, fil-lewn u fil-kontenut organiku. Naraw il-karatteristiċi ewlenin ta’ profil tal-ħamrija.