Għaffeġ u Armi

This lesson was contributed by:

Silvana Cardona

This lesson is for:

Lesson Duration:

40 mins.

What should you expect from this lesson?

Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti huma mistiedna jiftakkru meta u għal xiex talbu maħfra riċentament. Hekk kif jirrifflettu dwar dak li jiddispjaċihom, se jgħinhom jagħrfu li mhux la kemm tgħid ‘jiddispjaċini’ imma wkoll trid tkun ħierġa mill-qalb għax inkella ma tkun tfisser xejn. L-għan ta’ din il-lezzjoni hu li l-parteċipanti jitolbu apoloġija ta’ vera billi jagħmlu bidliet konkreti fl-imġiba tagħhom.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

Ir-riżorsi li għandek bżonn għal din il-lezzjoni flimkien ma’ riżorsi oħra provduti bħala pdfs f’din il-paġna huma:

  • Karti
  • Barmil fejn tarmi l-karti
  • Biro jew lapes 
  1. Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo qasir meħud minn wieħed mill-films ta’ ‘Tell Her’.
  2. Tista’ tiftakar meta kienet l-aħħar darba li kellek titlob maħfra? Forsi tista’ tkun meta ġġelidt ma’ ħutek dwar xi affarijiet li tkunu tridu fl-istess waqt.
  3. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar dwar l-espressjoni ta’ dik il-mara meta rrealiżżat li r-raġel tagħha ma kien qed ifisser xejn b’dak li beda jgħid.
  4. Aħseb dwar id-drabi li għidt li jiddispjaċik imma ma ħarġux mill-qalb allura fil-verità ma jfissru xejn. Il-kliem li ma jkunx ġej mill-qalb ma jkun ifisser xejn.
  5. Kif tħossok meta xi ħadd jitolbok biex taħfirlu jew taħfrilha u mbagħad għal tal-apposta, xorta jibqgħu’ jirrepetu din l-azzjoni ħażina li biha tħossok imdejjaq?
  6. Il-vidjo b’din il-link jista’ jgħinek tagħraf li meta titlob maħfra fil-verità tkun qed twiegħed lilek inniffsek, li ser tipprova tarmi minn ġo fik dik l-azzjoni jew vizzju ħazin.Bl-għajnuna t’Alla nistgħu nsiru persuni aħjar. ‘Onetimeblind – Trash’ .

    Fil-vidjo, Kate ma riditx tarmi l-intenzjonijiet, vizzji u azzjonijiet ħżiena. Kemm jekk aħna ta’ twemmin Nisrani kif ukoll jekk le, biex vera nindmu minn dak li nagħmlu u biex insiru persuni aħjar, irridu narmu minn ġo fina kull azzjoni u vizzju ħażin li għandna.

  7. Issa, tista’ tieħu biċċa karta u fuqha ikteb l-affarijiet jew l-azzjonijiet li tħossok li trid titlob maħfra għalihom.
  8. Żomm din il-karta b’għożża kbira f’idejk, u itlob maħfra lil Alla mhux biss għal dawn l-azzjonijiet imma wkoll għad-drabi meta l-maħfra tiegħek ma kinitx ġejja mill-qalb.
    Eżempju: Għażiż Alla,  Jiddispjaċini talli ______________. Nitolbok taħfirli għal din il-ħaga u għal kull darba li għidt li jiddispjaċini imma ma għidthiex mill-qalb.  Aħfirli għad-drabi li ma’ għamilt xejn biex inwaqqaf il-vizzji u l-azzjonijiet tiegħi.   Aħfirli għad-drabi ta’ meta nsejt li inti tista’ tgħinni nwarrab minni l-vizzji u l-azzjonijiet ħżiena. Hija bl-għajnuna u l-grazzja tiegħek, li jiena nista’ ninħeles minn l-affarijiet ħżiena ta’ ġo fija. Din il-link tista’ tkun parti mit-talba tiegħek.  Lauren Daigle – ‘How Can It Be’. 

  9. Bħala sinjal li verament qed jiddispjaċik, għaffeġ il-karta fejn ktibt il-vizzji jew l-azzjonijiet ħżiena tiegħek u armihom fil-barmil. Jalla din l-azzjoni tfakkrek biex tipprova mill-aħjar li tista’ twarrab il-vizzji u l-azzjonijiet ħżiena minn ġo fik u tibda titlob apoloġija għal dak li tagħmel.

Il-vidjo bl-isem: ‘This Year I  Mean It’,  jista’ jgħinek tagħraf li bl-għajnuna t’Alla tista’ ssir persuna aħjar.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

There is 1 Resource for this lesson

  Sorry bin poster 1 5.png.png | download

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp