Għaffeġ u Armi

This lesson was contributed by:

Silvana Cardona

This lesson is for:

Lesson Duration:

40 mins.

What should you expect from this lesson?

Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti huma mistiedna jiftakkru meta u għal xiex talbu maħfra riċentament. Hekk kif jirrifflettu dwar dak li jiddispjaċihom, se jgħinhom jagħrfu li mhux la kemm tgħid ‘jiddispjaċini’ imma wkoll trid tkun ħierġa mill-qalb għax inkella ma tkun tfisser xejn. L-għan ta’ din il-lezzjoni hu li l-parteċipanti jitolbu apoloġija ta’ vera billi jagħmlu bidliet konkreti fl-imġiba tagħhom.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

Ir-riżorsi li għandek bżonn għal din il-lezzjoni flimkien ma’ riżorsi oħra provduti bħala pdfs f’din il-paġna huma:

  • Karti
  • Barmil fejn tarmi l-karti
  • Biro jew lapes 
  1. Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo qasir meħud minn wieħed mill-films ta’ ‘Shrek‘.
    ‘Shrek Asking Forgiveness’

  2. Tista’ tiftakar meta kienet l-aħħar darba li kellek titlob maħfra? Forsi tista’ tkun meta ġġelidt ma’ ħutek dwar xi affarijiet li tkunu tridu fl-istess waqt.
  3. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar kif Donkey, ħares lura lejn Shrek u stennieh jitolbu maħfra mill-qalb.
  4. Kif tħossok meta xi ħadd jitolbok biex taħfirlu jew taħfrilha u mbagħad għal tal-apposta, xorta jibqgħu’ jirrepetu din l-azzjoni ħażina li lilek iddejqek ħafna?
  5. Il-vidjo b’din il-link jista’ jgħinek tagħraf li meta titlob maħfra fil-verità tkun qed twiegħed lilek inniffsek, li ser tipprova tarmi minn ġo fik dik l-azzjoni jew vizzju ħazin.Bl-għajnuna t’Alla nistgħu nsiru persuni aħjar. ‘This Year I Mean It’
  6. Issa, tista’ tieħu biċċa karta u fuqha ikteb l-affarijiet jew l-azzjonijiet li tħossok li trid titlob maħfra għalihom.
  7. Żomm din il-karta b’għożża kbira f’idejk, u itlob maħfra lil Alla mhux biss għal dawn l-azzjonijiet imma wkoll għad-drabi meta l-maħfra tiegħek ma kinitx ġejja mill-qalb.
    Eżempju: Għażiż Alla, Jiddispjaċini talli ______________. Nitolbok taħfirli għal din il-ħaga u għal kull darba li għidt li jiddispjaċini imma ma għidthiex mill-qalb u m’għamilt xejn biex inwaqqaf il-vizzji u l-azzjonijiet ħżiena tiegħi. Aħfirli ta’ meta nsejt li inti tista’ tgħinni nwarrab minni l-vizzji u l-azzjonijiet ħżiena.
  8. Bħala sinjal li verament qed jiddispjaċik, għaffeġ il-karta fejn ktibt il-vizzji jew l-azzjonijiet ħżiena tiegħek u armihom fil-barmil. Jalla din l-azzjoni tfakkrek biex tipprova mill-aħjar li tista’ twarrab il-vizzji u l-azzjonijiet ħżiena minn ġo fik u tibda titlob apoloġija għal dak li tagħmel.

Il-vidjo bl-isem: ‘Barmil ta’ Ndiema’ jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

There is 1 Resource for this lesson

  Sorry bin poster 1 1.png.png | download

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp