Għandna bżonn lil xulxin – 8.8

This lesson was contributed by:

Kathleen Bonello

This lesson is for:

Lesson Duration:

50 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni ser nirrevedu x’nifhmu meta ngħidu li ‘tħenn’. Meta naħfru lil dawk li jkunu naqsuna nkunu qegħdin inħennu għall-oħrajn u dan iridu Ġesù li hu wkoll ħafer. Jekk inħobbu lil Ġesù rridu nitbiegħdu mid-dnub u dan jgħinna nħossuna ferħanin. Se nifhem ukoll li aktar kemm ngħin lil dawk ta’ madwari, aktar inħossni ferħana u nkun nista’ ngħix fil-paċi mal-oħrajn. Hekk inkun qiegħda nuri wkoll li napprezza lil dawk ta’ madwari.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

1. Ser nibdew il-lezzjoni tallum billi nroddu s-Salib.
2. Issa segwi l-video tan-nagħġa l-mitlufa wara għandek x’tiddiskuti.
3. Issa ddiskuti ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek:
– X’ġaralha n-nagħġa?
– Kif ħassitha meta ntilfet u spiċċat weħidha?
– X’għamel ir-ragħaj?
– X’għamel meta sabha r-ragħaj?
– Irrabja magħha?
– Min taħsbu li hu r-ragħaj? (Ġesù)
4. Issaq aqra: In-nagħġa l-mitlufa hija aħna meta niżbaljaw u nitbiegħdu minn Alla. Ġesù jridna nitgħallmu li Ġesù qatt ma jaqta’ qalbu minna, dejjem qiegħed hemm biex jgħinna u dejjem lest li jaħfrilna u jilqagħna lura għandu.
5. Sib l-istampa Footprints in the sand u ħares sew lejn l-istampa.
6. Ser niddiskutu dak li qegħdin fl-istampa. Ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek iddiskuti dawn il-mistoqsijiet:
– Dawk il-passi dejjem ser jibqgħu hemm?
– Id-dnubiet li nkunu għamilna dejjem ser jibqgħu hemm? Le.
– Dan jurina li ladarba aħna nagħmlu xi ħaġa i.e. nqerru u jiddispjaċina, dnubietna jinħafru u Alla ma jibqax iħares lejn id-dnubiet li nkunu għamilna iżda jilqagħna lura għal għandu b’idejh miftuħa.
7. Issa ara l-video Mustafa forgivess Simba.

8. Issa ddiskuti ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek:
– Hawnhekk rajna lil Simba li jkun għamel xi ħaġa ħażina u missieru jkun ftit irrabjat miegħu. Naraw kif Simba jiddispjaċih u missieru jaħfirlu.
– Qiegħeda/qiegħda tara u tifhem kemm huwa importanti li niskużaw ruħna u nammettu meta niżbaljaw?
9. Għid lil min qiegħed jieħu ħsieb jirrakkuntalek:
– Darba kien hemm tifel u lupu. It-tifel, biex jiġbed l-attenzjoni fuqu, kien jgħajjat li ġie l-lupu. Xi nies dejjem kienu jmorru jgħinuh u hu minflok kien joqgħod jidħak bihom. Fl-aħħar meta din il-ħaġa ġrat vera ħadd ma emmnu u għal ftit ma spiċċax inħataf mil-lupu.
10. Issa segwi d-diska Forgiveness song u wara tista’ tikteb talba lil Ġesù fejn titolbu jaħfirlek dak li tkun għamilt ħażin.
11. Meta nkunu ħbieb inkunu aktar nistgħu ngħinu lil xulxin. Ara dan il-video ‘Once we help’.

12. Iddiskuti l-punti importanti ta’ dak li kantajt ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek.
13. Issa segwi l-powerpoint dwar is-sitwazzjonijiet u ara kieku x’tagħmel int.
14. Issa ħu f’idejk il-worksheet u aqra s-silta mogħtija.
15. F’Attività 1 għandek sitwazzjonijiet differenti u agħżel l-aħjar mod ta’ kif għandek iġġib ruħek.
16. F’Attività 2, qabbel il-bidu mat-tmiem tas-sentenzi. Naturalment trid teħodhom mis-sens.
17. F’Attività 3 ifhem kemm hu importanti li ngħinu lil xulxin mill-qalb.
18. Agħlaq il-lezzjoni b’talba li tagħmel int li tista’ taqsamha wkoll ma’ min qiegħed jgħinek u anke ma’ ħutek. Tista’ tgħid din it-talba wkoll: Mulej, jiddispjaċini għal kemm drabi ma kontx ta’ għajnuna għall-oħrajn. Ġieli nħalli l-ħwejjeġ jew l-ġugarelli mal-art. Ġieli nagħmel l-istorbju meta nies oħra jridu jistrieħu. Mulej agħmel li nkun iżjed ta’ għajnuna. Nitolbok Mulej għinni nagħti kas aktar u nqassam milli għandi. Nitolbok, għinni ħalli nħobb iżjed.
19. Tista’ wkoll tgħid din it-talb:
Nitolbu
Għażiż Mulej,
Grazzi tal-baħar u tar-ramel,
grazzi għax-xemx u x-xita,
għall-familja u l-ħbieb,
u l-imħabba tiegħek.
Grazzi talli tagħtina ċans ieħor
permezz tal-maħfra.
Għinna nkunu kapaċi
naħfru aħna wkoll.
Grazzi Mulej talli tajtni s-saħħa
u l-isbaħ rigal li
qomna dalgħodu u ninsabu tajbin.
Grazzi talli tkun magħna
fi żminijiet iebsin u grazzi
ta’ kull min tibgħatli biex ikun
hemm għalija kull mument.
20. Issa spiċċa l-lezzjoni billi tirringrazzja lil Alla u tkanta: Grazzi jew Thank you Jesus .

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp