Il-Kitba tal-Ittra Informali, Formali u Elettronika

This lesson was contributed by:

Carlston Grima

What should you expect from this lesson?

Sa tmiem din il-lezzjoni l-istudenti se jsiru jafu kif isawru ittra informali, formali u elettronika.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

L-introduzzjoni: Nibda billi nsaqsi xi mistoqsijiet lill-istudenti biex nara jekk jafux kif għandhom isawru ittra formali, informali u elettronika:

1. Qatt ktibtu ittra?
2. Liema waħda ktibtu? Informali, Formali jew elettronika?
3. Fejn jitqiegħdu l-indirizzi għall-ewwel tnejn?
4. Kif tindirizza l-persuna li se tikteb?
5. Kif tagħlaq dawn l-ittri?
6. L-ittra elettronika użajtuha jew għadkom tridu titgħallmu kif?
7. Jekk iva, lil min tibgħat l-iktar u għaliex?
8. Għaliex tuża l-ittre flok dawk formali jew informali?
9. Hija biss kwistjoni ta’ ħin jew għax iħossok iktar komdu?

L-1el pass: Nurihom preżentazzjoni qasira dwar il-passi li jrid jagħmel l-istudent biex jibni dawn it-tipi differenti ta’ ittri.

Inħalli ftit minuti għall-mistoqsijiet mill-istudenti.

It-2ni pass: Imbagħad nitlob studenti differenti biex jaqraw il-paragrafi qosra li qed jaraw fil-preżentazzjoni.

Waqt il-qari nniżżel xi punti fuq il-wajtbord.

It-3et pass: Insaqsi dawn iż-żewġ mistoqsijiet:
• Għaliex l-ittra?

Xi darba l-ittri kienu jinktibu bl-id. Il-karta u l-pinna kienu jimtlew bi kliem u sentenzi li jfissru l-ħsibijiet, l-emozzjonijiet u s-sitwazzjonijiet tal-kittieb.

• L-ittra għadna nużawha?

L-ittra għadha magħna anke jekk tbiddel il-mod kif tinkiteb u l-mod kif tintbagħat. Il-bniedem irid dejjem jikkomunika u jwassal messaġġi permezz tal-kitba.

Ir-4a pass: Inwassalhom għal tliet tipi ta’ ittri. Dawn huma:

• Informali – bejn il-ħbieb, familjari, kunfidenza bejn il-kittieb u l-qarrej

• Formali – lil xi ħadd li ma tafx, xi ħadd f’awtorità, korteżija.

• Elettronika – tintbagħat permezz tal-internet u tista’ tintuża kemm b’mod informali kif ukoll formali.

Il-5es pass: Wara nurihom il-format ta’ kif tinbena l-ittra informali: https://maltikurja.files.wordpress.com/2013/10/il-kitba-tal-ittra2.pdf

Is-6t pass: Wara nurihom il-format ta’ kif tinbena l-ittra formali: https://maltikurja.files.wordpress.com/2013/10/il-kitba-tal-ittra2.pdf

Is-7a pass: Wara nurihom il-format ta’ kif tinbena l-ittra elettronika: https://maltikurja.files.wordpress.com/2013/10/il-kitba-tal-ittra2.pdf

It-8n pass: Infakkarhom illi:

• Jużaw dejjem l-isem u l-indirizzi mogħtija fil-karta tal-eżami. Tużax tiegħek jew tivvinta oħrajn.

• Iżommu dejjem il-format blokk kemm fl-ittra formali kif ukoll informali.

• F’ittra formali, anki dik elettronika, indirizza lill-persuna skont it-titlu tagħha, eż. Għażiż Sindku, Għażiża Kap.

Il-Ħin għar-Riflessjoni: Inħalli spazju għall-mistoqsijiet biex inwieġeb xi diffikultajiet li jkollhom l-istudenti.

L-għeluq: Inqassam il-karta informattiva u nispjega x-xogħol li jridu jagħmlu għad-dar.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

There is 1 Resource for this lesson

  ittra .jpg | download

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp