Il-Kollettiv

This lesson was contributed by:

Jessica Mizzi

This lesson is for:

Lesson Duration:

45 mins.

What should you expect from this lesson?

Sa tmiem il-lezzjoni l-istudenti se jitgħallmu x'inhu kollettiv.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

L-Ewwel Pass(L-Introduzzjoni): L-għalliema taqsam il-klassi f’erbgħa. Kull grupp tagħtih silta għat-tinqija. L-istudenti jridu jiktbu l-kliem b’tipa skura fuq karta u jiddisktu x’inhuma. Wara ssir diskussjoni fuq x’jaħsbu l-istudenti ta’ kull grupp. Hawnhekk l-għalliema tajjeb tispjega li n-nomi fil-Kollettiv juru grupp ta’ xi ħaġa eż. tim, mazz, merħla. Hemm xi nomi fil-Kollettiv li juru ammont ta’ oġġett partikolari eż. deheb, għasel, suf.

It-Tieni Pass: Sadanittant l-għalliema tifred il-bord fi tlieta (Kollettiv, Farrad Waħdieni u Plural). L-għalliema tista’ tispjega li mill-Kollettiv nuru ħaġa waħda (farrad waħdieni) billi nżidu vokali a. eż. ħawħ – ħawħa, dubbien – dubbiena. Dawn imbagħad jieħdu l-plural (plural sħiħ) biż-żieda ta’ iet. eż. ħawħ – ħawħa – ħawħiet; dubbien – dubbiena – dubbiniet.

It-Tielet Pass: L-għalliema tqabbad studenti differenti biex jiktbu n-nomi tal-Kollettiv li għandhom fis-silta għat-tinqija. Imbagħad iridu jiktbu l-Farrad Waħdieni u l-Plural tagħhom.

Ir-Raba’ Pass: L-għalliema tqabbad studenti oħra biex jiktbu eżempji oħra ta’ nomi fil-Kollettiv. Iridu jiktbu l-Farrad Waħdieni u l-Plural ta’ dawn in-nomi wkoll.

Il-Ħames Pass: Wara l-għalliema tqassam in-nota u tinqara mill-istudenti. L-għalliema tara hemmx studenti li għandhom xi diffikulta’.

Is-Sitt Pass: L-għalliema tqassam il-karta għat-taħriġ u tispjegaha. Din tinħadem id-dar.

Is-Seba’ Pass (Konklużjoni): L-għalliema tistaqsi lil xi student/a biex j/tispjega lil sħabu/ha x’inhu nom fil-Kollettiv.

Agħfas hawn għar-riżorsi.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

There is 1 Resource for this lesson

  sheep .jpg | download

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp