What should you expect from this lesson?

Sa tmien din il-lezzjoni l-istudenti se: 1. jiddiskutu fi gruppi aspetti li jiddistingwu l-identità tagħna; 2. jiktbu paragrafu dwar l-identità Maltija; 3. jaqsmu dak li jkunu ddiskutew fi grupp mal-kumplament tal-klassi.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

L-introduzzjoni: Se nistaqsi lill-istudenti jekk hemmx min minnhom siefer xi darba. Se ngħid lill-istudenti biex jaqsmu mal-bqija tal-klassi d-differenzi li nnutaw bejn il-pajjiż li kienu fih u Malta. Se nisma’ dak li se jgħidu l-istudenti u se nuri apprezzament għall-parteċipazzjoni tagħhom.

L-ewwel pass: Se ngħid lill-istudenti li hemm diversi karatteristiċi li lilna l-Maltin jiddistingwuna minn popli oħra u jagħmluna Maltin – hemm uħud minnhom negattivi imma hemm ħafna oħrajn pożittivi. Se nwaħħal fuq il-wajtbord l-istampa tal-bandiera ta’ Malta u se ngħid lill-istudenti li l-aktar simbolu bażiku li jiddistingwi poplu ta’ pajjiż minn ieħor hu l-bandiera. Biss hemm diversi karatteristiċi oħra li jagħtu l-identità lilna l-Maltin.

Se ngħid lill-istudenti li issa fi gruppi se jiddiskutu ftit dawk il-ħwejjeġ pożittivi li jiffurmaw l-identità Maltija. Se ngħidilhom li se jimmaġinaw li ltaqgħu ma’ persuna b’kultura differenti minn tagħna u lil din il-persuna jridu jippreżentawlha l-kultura Maltija.

It-tieni pass: L-istudenti se naqsamhom fi gruppi u kull grupp se jibda jiddiskuti dan is-suġġett. Fi tmien id-diskussjoni kull membru tal-grupp se jikteb paragrafu li fih jiġbor dak li jkun ingħad fil-grupp – il-paragrafu jkun fih dawk il-ħwejjeġ li l-grupp jara li jiffurmaw l-identità Maltija. Waqt li l-istudenti se jkunu qegħdin jaħdmu fi gruppi se ndur foshom biex ngħin fejn ikun hemm bżonn.

It-tielet pass: Se nistieden rappreżentant minn kull grupp biex jaqra l-paragrafu li jkun kiteb il-grupp tiegħu. Se nniżżel fuq il-wajtbord l-aspetti differenti li jsemmu l-istudenti.

Il-ħin tar-riflessjoni: Wara li kull grupp ikun semma’ l-paragrafu tiegħu, flimkien mal-istudenti se naraw liema kienu dawk l-aspetti l-aktar li ddominaw fid-diskussjoni fil-gruppi u se nistaqsi lill-istudenti jekk jaqblux li dawk l-aspetti li l-aktar jiddistingwuna bħala Maltin. Se nisma’ r-rispons tal-istudenti u se nuri l-apprezzament għall-parteċipazzjoni tagħhom.

L-għeluq: Se ngħid lill-istudenti li huwa importanti li lkoll kemm aħna nkunu kburin bl-identità tagħna u filwaqt li napprezzaw kulturi oħra, m’għandniex inwarrbu l-identità tagħna biex minflokha ndaħħlu identità barranija. Ilkoll għandna nkunu kburin b’dawk l-aspetti pożittivi li jagħmluna Maltin.

Ix-xogħol fil-klassi: L-istudenti fi gruppi se jiktbu paragrafu dwar dawk l-aspetti li l-aktar jiffurmaw l-identità tagħna l-Maltin.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

There is 1 Resource for this lesson

  Il Bandiera Maltija .jpg | download

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp