Inħares ftit ‘il bogħod minni – 8.3

This lesson was contributed by:

Kathleen Bonello

This lesson is for:

Lesson Duration:

45 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni ser naraw kif nuru li napprezzaw lil xulxin u dak li jagħmlu magħna dawk ta’ madwarna. Hu hu sabiħ li napprezzaw dak li għandna. Hekk inkunu aktar nistgħu ngħinu bil-qalb.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

1. Ibda l-lezzjoni billi trodd is-Salib u tgħid talba żgħira biex tirringrazzja lil Alla għal xi ħaġa sabiħa li għandek fil-ħajja tiegħek. Per eżempju xi pjanta li qiegħda tikber fil-bitħa, xi qattus li tieħu ħsieb, għall-ġenituri jew min jieħu ħsiebek.
2. Ara l-video – Be happy with what you have – fejn naraw tifel li kien dejjem lest li jagħti.
3. Issa ddiskuti ma ‘ min qiegħed jieħu ħsiebek għaliex taħseb li ġara dak li ġara fl-istorja.
4. Naħseb taqbel li dak li jgħodd mhux x’għandna u kemm għandna, imma kemm aħna kapaċi nifirħu b’dak li għandna u napprezzawh.
5. Issa ara l-Powerpoint. Qabel tarah ftakar kemm hu sabiħ li napprezzaw dak li għandna.
6. Ara Stampa 1: Iddiskutu: X’għandhom nieqes dawn it-tfal? Kieku inti kif tħossok? Jidhru inkwetati….
7. Iddiskuti kemm aħna għandna napprezzaw li aħna għandna x’nieklu.
8. Ara Stampa 2: Iddiskuti: Dan ir-raġel x’jidher li għandu ħafna? Allura għaliex m’huwiex kuntent?
9. Iddiskuti Stampa 3:
• Foqra jew sinjuri? Għandhom ħafna ġugarelli?
• Kif taħseb li qed iħossuhom?
• Għaliex kuntenti la bilkemm għandhom ġugarelli? L-aqwa li qed jilagħbu flimkien.
10. Ara Stampa 4: Iddiskutu: X’qed tagħmel din il-mara? Kif taħseb li ħassitha wara? Aħna nistgħu nagħmlu l-istess u naqsmu xi affarijiet milli għandna?
11. Ara Stampa 5: Iddiskutu: Kemm taħseb li inti mbierek jew imbierka li għandek min inħobbok u jridlek il-ġid minflok iħallik tagħmel li trid u titbiegħed minn Alla?
12. Ara Stampa 6: Napprezzaw dak li ħalaq fina Alla.
13. Iftaħ il-worksheet u wara li taqra s-silta mogħtija, iddiskutu Attività 1 u allura l-istampi li għandna.
14. Iddiskuti l-aħħar Attività u asal għall-punt ta’ kemm hu importanti li nifhmu kemm hu importanti li nitgħallmu ħalli nikbru fl-għaqal.
15. Spiċċa l-lezzjoni billi tara l-video. ‘Grazzi’
16. Għid talba biex tirringrazzja lil Alla. Tista’ tgħid din it-talba: Mulej, grazzi ta’ kull ġurnata li tatina. Grazzi tal-familja, tal-ħbieb u talli int dejjem tismagħni. Mulej aħfirli ta’ kull meta ngerger u nħares biss lejn l-ħażin. Għinni napprezza aktar dak kollu li għandi ħalli nħossni kuntenta bl-affarijiet sbieħ li jiġru madwari kuljum.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp