Is- sorsi ta’ enerġija 2 – Enerġija li tiġġedded (rinnovabbli)

This lesson was contributed by:

Marita Muscat Xerri

Lesson Duration:

60 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni se neżaminaw kif tiġi ġġenerata l-enerġija minn sorsi rinnovabbli u naraw il-benefiċċji u d-diffikultajiet assoċjati ma’ dawn is-sorsi ta’ enerġija.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

Kif rajna fil-lezzjoni ta’ qabel, enerġija li tiġġedded (renewable energy) hija enerġija ġġenerata minn sorsi naturali li ma jispiċċaw qatt, bħar-riħ, ix-xemx u l-ilma. Dawn is-sorsi huma sostenibbli u ftit li xejn jagħmlu ħsara lill-ambjent.
L-ammont ta’ enerġija ġġenerata minn dawn is-sorsi bħalissa huwa żgħir u ma jaqbiżx –il 15% tal-konsum globali, iżda bil-mod il-mod l-użu tagħhom qiegħed jiżdied.
Fost l-aktar sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li qed jintużaw madwar id-dinja insibu l-enerġija solari, enerġija mir-riħ, enerġija idroelettrika, enerġija ġeotermali u enerġija mill-bijomassa.

Fil-kumplament ta’ din il-lezzjoni se neżaminaw iktar fid-dettal dawn is-sorsi ta’ enerġija u l-benefiċċji tagħhom.

Enerġija solari:
Enerġija li ġejja mix-xemx fejn jintużaw numru ta’ pannelli fotovoltajċi biex l-enerġija tax-xemx tinbidel f’elettriku. Numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja qegħdin jesperimentaw b’forom oħra ta’ impjanti solari biex ikunu iktar effettivi u jieħdu inqas spazju.

Ara dan il-video li ġej fejn se juri kif titħaddem l-enerġija solari.

Enerġija mir-riħ:
Enerġija mir-riħ tiġi ġġenerata permezz ta’ skrun kbir b’żewġ jew tliet pali twal imwaħħlin ma’ xaft. Il-pala ddur bir-riħ u b’hekk iddawwar it-turbina li tbiddel it-tidwir tal-iskrun f’enerġija elettrika. Dawn it-turbini jitqiegħdu fuq arbli għoljin li jistgħu jitwaħħlu kemm fuq l-art u kemm fil-baħar.

Ara dan il-video li ġej fejn se juri kif titħaddem l-enerġija mir-riħ.

Enerġija idroelettrika:
Enerġija idroelettrika hija enerġija ġġenerata mill-qawwa tal-ilma. L-ilma li jinġabar wara l-ilqugħ bħal digi jgħaddi għal-livell aktar baxx minn pajpijiet wesgħin, u waqt li dan l-ilma jkun nieżel bi pressa qawwija jdawwar it-turbini u dawn jiġġeneraw id-dawl. Din il-forma ta’ enerġija hija l-aktar waħda li tintuża minn fost is-sorsi kollha ta’ enerġija alternattiva.

Ara dan il-video li ġej fejn se juri kif titħaddem l-enerġija idroelettrika.

Enerġija ġeotermali:
Enerġija ġeotermali tuża s-sħana li nsibu fid-dinja u għalhekk din l-enerġija tintuża l-aktar f’postijiet vulkaniċi bħall-Iżlanda, Ġappun, New Zealand u partijiet mill-Istati Uniti. F’dan il-proċess jintefa’ ilma kiesaħ ġo spieri fondi fil-blat u malli jiltaqa’ mal-blat jaħraq, jitla lura bħala fwar li jdawwar it-turbini li jiġġeneraw l-elettriku.

Ara dan il-video li ġej fejn se juri kif titħaddem l-enerġija ġeotermali.

Enerġija mill-bijomassa:
Enerġija mill-bijomassa tiġi ġġenerata meta ħmieġ tal-bhejjem u materjal ieħor magħżul mill-iskart jiddekomponi biex jifforma gass metanu li jintuża biex jiġi ġġenerat l-elettriku. L-enerġija mill-bijomassa tiġi wkoll mill-fermentazzjoni ta’ prodotti tal-biedja bħal qamħirrun li minnhom joħroġ l-ispitu ethanol, li huwa tip ta’ bijofjuwil li jista jintuża bħala fjuwil normali.

Ara dan il-video li ġej fejn se juri kif titħaddem l-enerġija mill-bijomassa.

S’issa rajna kif dawn is-sorsi ta’ enerġija jiġġeneraw l-elettriku u l-benefiċċji tagħhom fuq l-ambjent. Imma dawn is-sorsi ta’ enerġija joffru ukoll ċertu diffikultajiet. Ħares sew lejn it-tabella ta’ hawn taħt li turi id-diffikultajiet għal kull tip ta’ sors ta’ enerġija rinnovabbli.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

There are 2 Resources for this lesson

  renewable energy .jpeg | download
  diffikultajiet tas sorsi rinnovabbli.jpg.jpg | download

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp