It-Taħdit – X’taħseb minn dawn l-istampi?

This lesson was contributed by:

Carlston Grima

What should you expect from this lesson?

Sa tmiem din il-lezzjoni l-istudenti se jorganizzaw id-deskrizzjonijiet u l-insinwazzjonijiet tagħhom biex joħorġu b'konklużjoni dwar l-istampi diskussi.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

L-introduzzjoni: Nibda billi nsaqsi dawn il-mistoqsijiet lill-istudenti:
• Kemm għandtkom żmien?
• Kemm taħsbu li se tgħixu?
• X’taħsbu li jiġri wara l-mewt?
• Taqblu li l-ħajja hija sensiela ta’ avventuri?
• Kieku kellkom taqsmu l-ħajja f’kemm il-parti taqsmuha u xi ssemmu kull parti?
• Taħsbu li n-nies qegħdin jużaw il-ħin tagħhom sew f’ħajjithom?
• Kif tispjegawha l-kelma solitudni?
Dejjem nuri apprezzament għall-parteċipazzjoni tal-istudenti.

L-ewwel pass: Ninforma lill-istudenti li l-lezzjoni tal-lum se tkun waħda tat-taħdit, u li l -mistoqsijiet li nkun għamilt fl-introduzzjoni għandhom x’jaqsmu mal-istampi li se nkun ħa nqassam.

It-tieni pass: Ninforma lill-istudenti b’dak kollu li se jsir biex nevita milli tinħoloq xi konfużjoni aktar tard matul il-lezzjoni.
Naqsam lill-istudenti f’pari jew fi gruppi ta’ tlieta (skont il-bżonn), u lil kull grupp nagħtih stampa biex jiddiskutiha. Taħt din l-istampa hemm xi mistoqsijiet gwida li l-istudenti jistgħu jużawhom biex jiddiskutu bejniethom. Il-mistoqsijiet huma mħejjija b’tali mod biex l-istudenti ma jiqfux biss sad-deskrizzjoni, iżda jkollhom ukoll xi insinwazzjonijiet.

It-tielet pass: Naħtar mexxej minn kull par jew grupp. Kull mexxej għandu r-responsabbiltà li fl-aħħar tal-ħin mogħti lill-istudenti, joħroġ quddiem il-klassi biex jaqsam ma’ kulħadd dak li jkun ddiskutew bejniethom bħala par jew grupp.

Ir-raba’ pass: Nagħti madwar ħames minuti lill-istudenti biex iniżżlu xi punti fuq karta raff. Dawn il-punti se jgħinu lill-mexxej tal-grupp biex jitkellem fuq id-deskrizzjoni u l-insinwazzjonijiet li l-listudenti jkunu ddiskutew bejniethom bħala par jew grupp.

Il-ħames pass: Kull mexxej ta’ par jew grupp joħroġ jitħaddet dwar l-istampa li tkun ġiet assenjata lilhom. Il-bqija tal-istudenti jiġu mħeġġa biex anke huma jiddeskrivu u jgħaddu l-insinwazzjonijiet tagħhom dwar l-istampi ta’ sħabhom.
Dan il-pass jirrepti ruħu għal tmien darbiet, billi se jiġu mqassma tmien stampi differenti.

Is-seba’ pass: Inqassam karta bl-istampi kollha li kellu kull par, imqiegħda f’ordni li jagħmel sens, u nħalli lil kulħadd jaħseb waħdu għal ftit tal-ħin dwarha.

Il-ħin tar-riflessjoni: L-istudenti huma mħeġġa biex jirrevedu l-insinwazzjonijiet li jkunu għamlu ftit tal-ħin qabel u jiġbdu konklużjoni, issa li jkunu raw is-sekwenza tal-fatti kif ġrat.

L-għeluq: Fl-aħħar inġib l-istudenti konxji mit-tliet tipi ta’ taħdit li jkunu wettqu forsi inkonxjament:
• id-deskrizzjoni
• l-insinwazzjoni
• l-konklużjoni

All the resources you need to carry out this lesson at home:

There are 2 Resources for this lesson

  L istadji tal ħajja 1 .jpg | download
  L istadji tal ħajja 2 .png | download

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp