It-Temp u l-Klima 1

This lesson was contributed by:

Tracy Spiteri Staines

Lesson Duration:

60 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni se nagħrfu d-differenza bejn it-temp u l-klima u se nagħtu ftit tagħrif dwar l-elementi ewlenin tat-temp li jinkludu t-temperatura, ix-xita, id-direzzjoni u l-qawwa tar-riħ u l-pressjoni tal-arja.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

1. Taf xi tfisser il-kelma ‘temp’? Xi tfisser il-kelma ‘klima’? It-temp u l-klima huma l-istess ħaġa?

2. Ara dan il-filmat qasir dwar id-differenza bejn it-temp u l-klima.

3. Id-differenza bejn it-temp u l-klima:
It‑temp jurina t‑tibdil li jkun qed iseħħ fl‑atmosfera f’perjodu qasir ta’ żmien, minn siegħa għal oħra jew minn jum għal ieħor. Dan nistgħu ngħidu li jinbidel il‑ħin kollu u qatt ma jkun l‑istess. Il‑jum jista’ jibda bnazzi u xemxi iżda fi ftit sigħat jista’ jinbidel billi jissaħħab, iqum ir‑riħ u tagħmel xi ħalba xita. Il‑klima hi l‑istat tal‑atmosfera għal perjodu itwal ta’ żmien. Din hi l‑medja tal‑elementi kollha tat‑temp bħax‑xita, it‑temperatura, l‑umdità, il‑pressjoni tal‑arja, l‑irjieħ, is‑sħab u l‑qawwa tax‑xemx, għal perjodu minimu ta’ 30 sena.

4. Ikteb jekk dawn is-sentenzi hux qed jiddeskrivu t-temp jew il-klima. Ara l-eżempju:

5. F’dan il-filmat se naraw ir-rapport tat-temp:

6. Fl-ewwel parti tal-filmat nsibu ir-RAPPORT tat-temp li jiddeskrivi kif kien it-temp matul il-jum, filwaqt li fit-tieni parti nsibu it-TBASSIR tat-temp li jgħidilna kif se jkun it-temp għada u fil-jiem li ġejjin.

7. Erġa’ ara l-filmat u wieġeb dawn il-mistoqsijiet:

a. Meta nħareġ dan ir-rapport?
b. Kif kien it-temp matul il-jum?
c. Kemm kienet it-temperatura?
d. Minn fejn kien ġej ir-riħ ?
e. Kemm kien b’saħħtu r-riħ?
f. Kien hemm xita fuq il-ġżejjer Maltin?
g. Ara t-temp fil-bliet barranin. Fejn kien hemm l-ogħla temperatura?
h. Liema belt kellha l-inqas temperatura?
i. Kif se jkun it-temp fil-gżejjer Maltin nhar il-Ħadd?
j. Hemm differenza bejn l-ogħla u l-inqas temperatura?
k. F’liema ġurnata se jkun l-aktar qawwi r-riħ?

8. Minn fejn jinħareġ ir-rapport tat-temp?
Dan jinħareġ mill-uffiċju meteorjoloġiku li jinsab fl-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta.

Issa ara dan il-filmat qasir dwar l-uffiċju meteorjoloġiku.

9. Idħol fil-website tal-uffiċju meteorjoloġiku u ara r-rapport u t-tbassir tat-temp għal jiem li ġejjin.
Agħfas hawn.

10. Issa imla dawn iż-żewġ tabelli bl-informazzjoni li hemm fil-website tal-uffiċju meterjoloġiku.

11. Kompli ara l-website tal-uffiċju meteorjoloġiku. Fil-website hemm ħafna affarijiet interessanti, fosthom hemm it-tbassir iddettaljat tat-temp u t-tbassir tat-temp għas-sajjieda.

12. Fir-rapport u t-tbassir tat-temp iltqajna mal-elementi tat-temp.
L-elementi ewlenin tat-temp huma t-temperatura, ix-xita, id-direzzjoni u l-qawwa tar-riħ u l-pressjoni tal-arja.

Temperatura: Il‑kejl li bih inkunu nafu kemm huwa sħun jew kiesaħ oġġett.

Riħ: Arja li timxi minn post għal ieħor. Din tista’ tkun qawwija u tilħaq forza ta’ riefnu meta taqbeż is‑60 km fis‑siegħa.

Pressjoni tal‑arja: It‑toqol tal‑arja li l‑ħin kollu tagħfas fuq l‑art. Il‑pressjoni tal‑arja tvarja minn post għal ieħor, u b’hekk l‑arja timxi minn postijiet li għandhom pressjoni għolja għal oħrajn bi pressjoni baxxa.

Preċipitazzjoni: Il‑parti taċ‑ċiklu idroloġiku meta l‑ilma jerġa’ jinżel fuq l‑art u fil‑baħar, f’għamla ta’ xita, silġ jew borra.

Ir-rapport tat-temp isemmi elementi oħra bħall-umdità. L-umdità hija l‑ammont ta’ fwar tal‑ilma fl‑arja.

13. Issa tista’ tiċċekkja xogħlok billi tħares lejn il-pdf ‘Tweġibiet’. (tista’ issibha taħt riżorsi).

14. Fil-lezzjoni li jmiss se nitgħallmu dwar l-istrumenti tat-temp.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp