It-temp u l-klima 5 – Ix-xita orografika, konvezzjonali u ċiklonika

This lesson was contributed by:

Tracy Spiteri Staines

Lesson Duration:

60 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni se nitgħallmu dwar il-proċessi li bihom tifforma x-xita orografika, ix-xita konvezzjonali u x-xita ċiklonika.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

1. Fil-lezzjoni ta’ qabel tgħallimna dwar il-proċessi li bihom tifforma u tagħmel ix-xita. F’din il-lezzjoni se nispjegaw il-proċessi li bihom tifforma x-xita orografika, ix-xita konvezzjonali u x-xita ċiklonika.

2. Ħares lejn d-disinn t’hawn taħt.
Imla d-disinn b’dawn il-kliem:
Evaporazzjoni       Kondensazzjoni        Preċipitazzjoni

F’kolonna B tat-tabella t’hawn isfel ikteb liema proċess qed jiġi spjegat f’kolonna A. Agħżel minn:
Evaporazzjoni        Preċipitazzjoni        Kondensazzjoni

Iċ-ċiklu idroloġiku: Ta’ kuljum ammonti kbar ta’ ilma mill-oċeani, għadajjar u mix-xmajjar jinxtorbu mis-sħana tax-xemx u jsiru fwar (evaporazzjoni). L-arja tiflaħ iżżomm ġo fiha ammonti kbar ta’ ilma sakemm fl-aħħar timtela u ma tkunx tista’ tixrob aktar. Fi triqtu ’l fuq, dan il-fwar jiksaħ u jerġa’ jinbidel fi qtar żgħir ta’ ilma, jew sħab (kondensazzjoni). Fis-sħab, dan il-qtar jingħaqad u jifforma qtar akbar sakemm jitqal biżżejjed u jinżel bħala xita, silġ jew borra (preċipitazzjoni). Iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma ta’ bejn l-art, il-baħar u l-atmosfera ma tieqaf qatt u tissejjaħ iċ-ċiklu idroloġiku.

Ftakar li il-fwar huwa qtar żgħir u ħafif tal‑ilma fl‑arja li jifforma fil‑proċess tal‑kondensazzjoni.

3. Ara dawn il-filmati dwar il-proċessi li bihom tifforma u tagħmel ix-xita. Dawn il-proċessi huma parti miċ-ċiklu idroloġiku. Bihom tifforma x-xita orografika, ix-xita konvezzjonali u x-xita ċiklonika.

Ħu l-ħin tiegħek u waqqaf il-video kemm-il darba trid biex tkun ċert/a li fhimt kollox.

4. Aqra din l-informazzjoni:

a. Xita konvezzjonali
• Bis-sħana qawwija ta’ matul il-jum, l-arja sħuna u umda tespandi u togħla b’kurrenti ċirkolari.
• Meta l-arja togħla, din tiksaħ u jifforma s-sħab tal-maltemp. Dan iwassal biex tagħmel ix-xita li ġeneralment tinżel bil-qliel.

b. Xita orografika
• Ix-xemx tevapora l-ilma mill-baħar.
• L-arja umda (mgħobbija bl-ilma) li tkun ġejja mil-baħar tersaq lejn l-art u tiltaqa’ ma’ xi ringiela ta’ muntanji mal- kosta. B’hekk l-arja jkollha togħla mal-muntanja.
• Meta togħla, tiksaħ, tikkondensa u tifforma sħab.
• Meta tiksaħ iżjed, tinżel ix-xita.
• L-arja tinżel in-naħa l-oħra, tisħon u tkompli tinxef.
• Fin-naħa l-kennija tagħmel ftit xita għax l-arja tkun nixfet.

c. Xita frontali / ċiklonika
• Meta massa ta’ arja sħuna u massa ta’ arja kiesħa jiltaqgħu, l-arja sħuna titla’ fuq l-arja kiesħa għax hija eħfef.        (L-arja kiesħa li hija itqal)
• Meta l-arja sħuna tibda togħla, tibda tiksaħ, tikkondensa u jifforma s-sħab. Meta tiksaħ iżjed, tinżel ix-xita.

5. Qis li taf:
• tiddeskrivi kif tagħmel ix-xita fiċ-ċiklu idroloġiku.
• tiddefinixxi l-kliem qtar fwar, evaporazzjoni, kondensazzjoni u preċipitazzjoni,
• tispjega il-proċessi li bihom tifforma x-xita orografika, ix-xita konvezzjonali u x-xita ċiklonika,
• tpinġi disinji illejbiljati tat-tliet tipi ta’ xita.

6. Aħdem il-karta ‘Worksheet – Il-proċessi li bihom tifforma u tagħmel ix-xita’. (tista’ issibha taħt riżorsi).
Waqt li qed taħdem il-worsksheet tista’ tirreferi ukoll għall-ktieb ‘Id-dinja Darna 3’ paġni 22-25.

Worksheet-Il-proċessi-li-bihom-tifforma-u-tagħmel-ix-xita-b57251a4cf258c6d5a86818096fb19c6.pdf

7. Wara tista’ tiċċekkja xogħolok billi tħares lejn ‘Tweġibiet – Il-proċessi li bihom tifforma u tagħmel ix-xita’ ħalli tkun taf kif mort. (tista’ issibha taħt riżorsi)

Tweġibiet-Il-proċessi-li-bihom-tifforma-u-tagħmel-ix-xita-926948ff70ecffed73390ee9a5d8e577.pdf

8. Fil-lezzjoni li jmiss se nitgħallmu dwar il-pressjoni tal-arja (se naraw il-kundizzjonijiet tat-temp f’ pressjoni baxxa u f’pressjoni għolja).

Discuss or Ask Questions about this lesson:

Leave a Comment

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp