It-temp u l-klima 7 – Il-mappa tat-temp (l-antiċiklun)

This lesson was contributed by:

Tracy Spiteri Staines

Lesson Duration:

60 mins.

What should you expect from this lesson?

Bl-għajnuna ta’ mapep tat-temp u ritratti mis-satellita, se nitgħallmu niddeskrivu l-kundizzjoni tat-temp f’antiċiklun.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

1. Fil-lezzjoni ta’ qabel tgħallimna dwar il-pressjoni tal-arja u l-mappa tat-temp.

2. F’din il-lezzjoni se nitgħallmu niddeskrivu l-kundizzjoni tat-temp f’antiċiklun.
Qatt ma smajt bil-kelma antiċiklun?
Taf x’inhu antiċiklun?
Taf kif antiċiklun ikun immarkat fuq il-mappa tat-temp?
F’mappa tat-temp taf tagħraf antiċiklun?

3. Ara dan il-filmat li se jagħti tagħrif dwar l-antiċiklun u l-mappa tat-temp.
Il-video se jwieġeb il-mistoqsijiet t’hawn fuq.
Ħu l-ħin tiegħek u waqqaf il-video kemm-il darba trid biex tkun ċert/a li fhimt kollox.

4. Aqra din l-informazzjoni:

a. L‑ittra fuq dawn il‑mapep tindika li l‑pressjoni għolja, filwaqt li l‑ittra B turi l‑pressjoni baxxa. Mil-lezzjoni ta’ qabel nafu li pressjoni għolja tfisser li t-temp se jkun bnazzi, filwaqt li f’pressjoni baxxa jkun ġej il‑maltemp. Imma għalfejn f’pressjoni għolja t-temp hu bnazzi waqt li f’pressjoni baxxa għandna x-xita?

b. F’din il-lezzjoni se niffukaw fuq l-antiċiklun (pressjoni għolja). Antiċiklun jifforma f’dawk il‑postijiet fejn l‑arja tkun qed taqa’ u tagħfas ’l isfel. Aktar ma l‑arja tinżel aktar tkun tqila u tiżdied il‑pressjoni. B’hekk tinħoloq zona ta’ pressjoni għolja.

c. L‑antiċikluni huwa kkaratterizzati minn temp stabbli, bnazzi u xemxi, bi ftit li xejn sħab u mingħajr xita. Il‑pressjoni għolja ġeneralment iddum wieqfa fuq post għal perjodu twil ta’ żmien. Iċ‑ċentru tal‑Mediterran ikun taħt effett ta’ pressjoni għolja tul is‑sajf kollu. F’antiċiklun ir‑riħ ikun ħafif u jonfoħ skont l‑arloġġ. Fis‑sajf, minħabba n‑nuqqas ta’ sħab, it‑temperaturi jogħlew sew u dan il‑fatt jista’ jwassal għal mewġiet ta’ sħana b’temperatura li taqbeż l‑40ºC f’numru ta’ jiem. Minbarra sħana, l‑antiċiklun iġib miegħu nixfa u nuqqas ta’ xita. Billejl ma jkunx hemm sħab u b’hekk s‑sħana tintilef malajr. Għalhekk l‑iljieli jistgħu jkunu xi ftit friski. Minħabba r‑rata għolja ta’ evaporazzjoni, il‑fwar iż‑żejjed fl‑arja jikkondensa u joħloq qtar ċkejken li jissejjaħ nida. Dan jiġri l‑aktar mal‑lejl meta t‑temperatura tinżel.

d. Fix‑xitwa, il‑kundizzjonijiet marbutin ma’ antiċiklun tista’ tgħid li jibqgħu l‑istess, għajr li t‑temperatura tiksaħ sewwa matul il‑jum. Minħabba n‑nuqqas ta’ sħab, is‑sħana kollha meħuda mill‑art matul il‑jum tintilef malajr fl‑ispazju u b’hekk it‑temperatura ta’ matul il‑lejl taqa’ sew.

e. Niftakru wkoll li fil-lezzjoni ta’ qabel tgħallimna li meta l‑isobars ikunu miftuħin u mbegħdin r‑riħ ikun ħafif.

f. Jekk inħarsu lejn il-mappa tat-temp, nistgħu naraw fejn il‑pressjoni tal‑arja hija għolja (jiġifieri bejn l‑1015 mb u 1040 mb). Hawnhekk it‑temp huwa bnazzi. Ir‑riħ fuq il‑gżejjer Maltin hu ħafif għax l‑isobars huma mbegħdin minn xulxin.

5. Qis li taf:
• Tpinġi disinn sempliċi illejbiljat li juri l-arja nieżla ’l isfel fi pressjoni għolja.
• Tispjega l-karatteristiċi ewlenin fosthom il-pressjoni tal-arja u d-direzzjoni tar-riħ
f’antiċiklun.
• Tagħraf pressjoni għolja u zoni ta’ riħ ħafif mill-għamla tal-isobars f’ mappa sempliċi tat-temp.
• Tispjega t-temp li jġib miegħu antiċiklun fis-sajf.
• Tispjega t-temp li jġib miegħu antiċiklun fix-xitwa.
• Tinterpreta mappa tat-temp li turi zona affettwata minn antiċiklun.

6. Aħdem il-karta ‘Worksheet – Il-mappa tat-temp – pressjoni għolja’. (tista’ issibha taħt riżorsi).
Waqt li qed taħdem il-worsksheet tista’ tirreferi ukoll għall-ktieb ‘Id-dinja Darna 3’ paġni 27-29.

Workssheet-Il-mappa-tat-temp-pressjoni-għolja-b21c5c424f602eb119a18a94420e531f.pdf

7. Wara tista’ tiċċekkja xogħolok billi tħares lejn ‘Tweġibiet – Il-mappa tat-temp – pressjoni għolja’ ħalli tkun taf kif mort. (tista’ issibha taħt riżorsi)

Tweġibiet-il-mappa-tat-temp-pressjoni-għolja-808f19571cb3c3cc7eb49d607d09c7c5.pdf

8. Fil-lezzjoni li jmiss se nkomplu nitgħallmu dwar il-pressjoni tal-arja u niffukaw dar il-kundizzjonijiet tat-temp f’pressjoni baxxa.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp