It-tibdil fil-klima 2 – Il-kawżi tat-tisħin globali

This lesson was contributed by:

Marita Muscat Xerri

Lesson Duration:

60 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni se nagħrfu r-raġunijiet li qed iwasslu għat-tisħin fit-temperatura globali partikolarment iż-żieda fl-ammont tad-diossidu tal-karbonju, id-deforestazzjoni, il-gass metanu u l-kloroflorakarbons.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

Fil-lezzjoni ta’ qabel rajna kif l-effett serra huwa proċess naturali li jżomm id-dinja tagħna sħuna u abitabbli. Rajna ukoll kif il-gassijiet serra li nsibu fl-atmosfera jgħinu biex jaqbdu u jaħżnu s-sħana tax- xemx u jżommu bilanċ fl-atmosfera biex id-dinja tkun abitabli. F’din il-lezzjoni se nistħarrġu kif attivitajiet magħmulin mill-bniedem fosthom id-deforestazzjoni u l-emissjonijiet ta’ gassijiet qed ikissru dan il-bilanċ u qed jikkawżaw tisħin fit-temperatura globali u tibdil fil-klima.
Fost ir-raġunijiet li qed iwasslu għat-tisħin fit-temperatura globali hemm:
1. Iż-żieda qawwija ta’ diossidu tal-karbonju
2. Id-deforestazzjoni
3. Iż-żieda fil-gass metanu
4. L-użu tal-kloroflorokarbons.

Dawn l-erbgħa punti se jiġu diskussi fil-kumplament ta’ din il-lezzjoni.

1. L-irwol tad-diossidu tal-karbonju fil-proċess tal-effett serra u l-effetti taż-żieda ta’ dan il-gass.
Id-diossidu tal-karbonju huwa wieħed mill- gassijiet serra l-iżjed importanti f’dan il-proċess. Iżda ż-żieda fil-popolazzjoni, l-iżvilupp industrijali u t-titjib fil-livell ta’ għajxien f’dawn l-aħħar mitejn sena żiedu d-domanda għall-enerġija. Ħafna minn din l-enerġija tiġi mill-ħruq ta’ fjuwils fossili, fosthom il-faħam, iż-żejt u l-gass. Fil-fatt, f’dawn l-aħħar mitejn sena l-ammont ta’ diossidu tal-karbonju żdied b’madwar 25%, u huwa kawża ewlenija għaż-żieda fit-temperatura globali u l-bidla fil-klima.

Ara dan il-video li ġej li se jispjega aktar fid-dettal dak li għadek kif qrajt.

2. Id-deforestazzjoni, it-tisħin globali u t-tibdil fil-klima
Matul is-snin, il-bniedem kompla għarraq is-sitwazzjoni bil-qtugħ u ħruq ta’ firxiet kbar ta’ foresti, speċjalment dawk tropikali. Is-siġar jistgħu jgħinuna nnaqqsu l-gassijiet serra mill-atmosfera għax jassorbu bħal sponża d-diossidu tal karbonju u jitfgħu lura l-ossiġnu. Għalhekk hemm il-ħtieġa li nwaqqfu d-deforestazzjoni li qed isseħħ b’rata mgħaġġla fil-foresti tropikali.

Ara dan il-video li ġej li se jispjega aktar fid-dettal dak li għadek kif qrajt.

3. Il-gass metanu
Il-bniedem qed jipproduċi ammonti kbar ta’ gassijiet li qed jaffettwaw ħażin il-bilanċ naturali tal- effett serra. Wieħed minn dawn il-gassijiet huwa l-gass metanu, li jifforma kemm waqt id- dekompożizzjoni tal-materjal organiku fil-miżbliet kif ukoll fl-għelieqi tar-ross u fl-irziezet waqt il- produzzjoni tad-demel naturali.

4. Il-kloroflorokarbons
Il-gassijiet kloroflorokarbons (CFCs) użati fl-industrija ukoll huma responsabbli għaż-żieda fit-temperatura dinjija. Dawn il-gassijiet jintużaw partikolarment waqt il-produzzjoni tal-isprejs, u fi-prodotti bħall-friġis u sistemi tal-arja kkundizzjonata. Dawn il-gassijiet qed jagħmlu ħsara kbira wkoll lis-saff tal-ożonu kif se naraw iktar il-quddiem f’lezzjoni oħra.

Issa li iddeskrivejna r-raġunijiet li qed iwasslu għat-tisħin fit-temperatura globali pprova aħdem Kawżi tat-tisħin globali WS. (tista’ issibha taħt riżorsi) u wara tista’ tiċċekkja xogħlok billi tħares lejn Kawżi tat-tisħin globali ANS. (tista’ issibha taħt riżorsi)

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Discuss or Ask Questions about this lesson:

Leave a Comment

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp