It-tibdil fil-klima 3 – L-impatt u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima

This lesson was contributed by:

Marita Muscat Xerri

Lesson Duration:

60 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni se nistħarrġu l-evidenza li turi li t-tisħin globali qiegħed verament iseħħ u se nanalizzaw l-impatt u l-konsegwenzi tat-tisħin globali u t-tibdil fil-klima fuq Malta u anke fuq inħawi oħra madwar id-dinja.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

Fil-lezzjoni ta’ qabel rajna r-raġunijiet ewlenin li qed iwasslu għat-tisħin globali speċjalment iż-żieda qawwija tad-diossidu tal-karbonju, id-deforestazzjoni, il-gass metanu u l-kloroflorokarbons.

F’din il-lezzjoni se nistħarrġu l-evidenza tat-tibdil fil-klima u anke l-impatti u l-konsegwenzi tagħha.

Ara dan il-video li ġej biex tifhem aħjar x’evidenza hemm li turi biċ-ċar li t-tisħin tat-temperatura u l-bidla fil-klima qiegħed verament iseħħ. Ħu nota ta’ dak li qed jingħad.

Issa li rajna li hemm evidenza ċara li t-tibdil fil-klima qiegħed verament iseħħ, nistgħu nifhmu għala l-bidla fil-klima qed toħloq tħassib kbir fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Dan il-fenomenu jissemma b’mod regolari fuq il-mezzi tax-xandir u ħafna huma konxji dwar l-effetti negattivi li jġib miegħu fuq il- pjaneta tagħna. Iż-żieda fit-temperatura globali, akkumpanjata minn temp mhux tas-soltu u estrem fi nħawi diversi tad-dinja jaf joħloq konsegwenzi koroh inkluż f’pajjiżna.

Ara dan il-video qasir li juri xi uħud mill-impatti u konsegwenzi tat-tibdil fil-klima f’pajjiżi barra minn Malta. Fuq karta, niżżel kemm jista’ jkun effetti li se tara/ tisma’ f’dan il-filmat.

Pajjiżna, flimkien mal-pajjiżi l-oħra tal-Mediterran, ukoll se jintlaqat sew mill-fenomenu tal-bidla fil-klima. Dan se jġib miegħu problemi serji għall-ekonomija, b’mod speċjali fil-biedja u t-turiżmu. L-impatti u l-konsegwenzi huma spejgati fil-video li ġej. Waqt li qed tara dan il-filmat, ħu nota ta’ dawn il-konsegwenzi f’forma ta’ lista.

Bħala konklużjoni ta’ din il-lezzjoni, uża n-noti li ħadt waqt li kont qed isegwi l-filmati biex taħdem L-Impatt tat-tibdil fil-klima WS (tista’ issibha taħt riżorsi) u wara tista’ tiċċekkja xogħlok billi tħares lejn L-Impatt tat-tibdil fil-klima ANS. (tista’ issibha taħt riżorsi). Għal aktar dettalji tista’ tirreferi għall-ktieb Id-Dinja Darna 2 Pġ 46 – 53)

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Discuss or Ask Questions about this lesson:

Leave a Comment

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp