Kap 9: Lanterni Lezzjoni 9.2: L-Umanità li tgħaqqadna

This lesson was contributed by:

Antoinette Laferla

This lesson is for:

Lesson Duration:

30 mins.

What should you expect from this lesson?

L-istudenti jkunu kapaċi jifhmu li minkejja d-differenzi li jeżistu fost il-bnedmin, hemm xi ħaġa li tgħaqqadna lkoll flimkien u din hija l-umanità tagħna.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

L-ewwel pass
L-istudenti jinnotaw u jaħsbu fuq id-differenzi li jeżistu bejniethom. Joħroġ il-punt li fil-klassi hemm numru ta’ studenti li huma differenti minn xulxin f’ħafna aspetti, pereżempju fil-fiżiku, fil-wiċċ, fit-talenti, fl-intelliġenza, fuq x’wieħed iħobb jew ma jħobbx.

It-tieni pass
Jaraw stampa ta’ bniedem u janalizzaw li għalkemm il-partijiet kollha tal-ġisem huma differenti, l-ebda parti mhi bħall-oħra, imma hemm armonija sħiħa bejniethom għax hija din l-armonija li tagħmel il-bniedem sħiħ u perfett.
Punt li jrid joħorġ.
1. Bħall-partijiet ta’ ġisimna, aħna lkoll differenti. U ĦADD M’HU BĦAL ĦADD imma flimkien kapaċi noħolqu l-għaqda li ġġib il-forza u l-paċi u li permezz tagħha d-dinja tibqa’ miexja.

It-tielet pass
Jifhmu xi tfisser il-kelma SIMILARITAJIET (iġifieri dawk l-affarijiet li huma l-istess)
SIMILARITAJIET: Dawn jistgħu jkunu xi risposti:
– Kulħadd jieħu gost meta jiġi irrispettat;
– Kulħadd irid li jkun maħbub/a;
– Kulħadd irid ikun ferhan;
– Kulħadd irid jevita t-tbatija.

Ir-Raba pass
L-istudenti jifhmu li l-umanità (il-fatt li aħna bnedmin) tagħmilna ħaġa waħda. Id-differenzi m’għandhomx iservu ta’ xkiel, imma permezz tagħhom (għax int taf tagħmel ħaġa u jien oħra), dan jgħin biex tikber l-għaqda u kulħadd jikber u jsir aħjar.

Il-ħames pass
Jaqraw s-silta fil-Ktieb tal-Attivitajiet 9.2 u jaħdmu Attività 1. (mehmuża mar-riżorsi) Xi tweġibiet jistgħu jkunu:
1. Li nkun apprezzati;
2. Li nkunu mismugħa;
3. Li ngħixu fil-kwiet;
4. Li nkunu ferħana.
Għat-tieni parti ta’ din l-attività, l-istudenti jagħżlu liema waħda jrid u jispjega.

Is-sitt pass
Jaqraw AĦSEB U AĦDEM(mehmuża mar-riżorsi) u jaqraw is-silta mill-Evanġelju ta’ San Ġwann 4, 1-42
Ġesù ħoloq komunikazzjoni ma’ persuna li mhux suppost kellem bħala kultura.
1. It-twemmin u l-kultura ħolqu differenzi u firda.
2. Waħda ta’ rispett u ħbiberija lejn il-persuna b’mod sħiħ.
3. Għall-ewwel waħda ta’ dubju.
4. Inbidlet għax indunat li Ġesù tant kien qed juriha rispett u li allura ma kienx bniedem bħall-oħrajn, li hi setgħet tafdah. Indunat li kien sinċier u li jridilha l-ġid.
5. Kienet kapaċi tisma’, taċċetta dak li kien ħażin fiha, taċċetta t-twissijiet ta’ Ġesu’ u allura indunat bl-iżbalji tagħha u ddeċidiet li tinbidel.

Konklużjoni
L-istudent jifhem minn din l-esperjenza tas-Samaritana turi kemm li wieħed jisma’ lill-ieħor u jaċċetta lill-ieħor għax b’hekk kulħadd jista’ jikber u juża t-talenti tiegħu. Id-differenzi ta’ bejnietna jgħinuna nikbru flimkien u noħolqu ħbiberija u għajnuna lejn xulxin.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp