Karta tal-eżami annwali

This lesson was contributed by:

Tracy Spiteri Staines

This lesson is for:

Lesson Duration:

60 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni se naħdmu mudell tal-karta tal-eżami tal-ġeografija.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

1. L-istudju huwa mportanti sabiex tkun ippreparat/a għall-eżami. Huwa importanti li naħdmu xi karti tal-eżamijiet sabiex inkunu nafu liema topiks għandna nerġgħu nirrevedu u biex ikollna idea ta’ kif se tkun il-karta tal-eżami.

2. Niżżel il-karta tal-eżami ‘geography_yr8.pdf’ (tista’ issibha taħt riżorsi) u ipprintja l-paġni kollha.

geography_yr8-47c19be881d2b1cbd5b6d20aad8cc9d2.pdf

3. Dawn huma l-kisbiet li trid tilħaq biex tkun tista’ taħdem il-karta tal-eżami.

4. Il-karta tal-eżami trid tinħadem f’siegħa.

5. Issettja tajmer għal siegħa u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

6. Waqt li qed taħdem il-karta aqra l-istruzzjonijiet sew.

7. Il-marki u l-ispazju mogħti biex twieġeb il-mistoqsijiet se jiggwidawk dwar it-tul tat-tweġiba tiegħek.

8. Waqt li qed taħdem il-karta tal-eżami tista’ tirreferi għan-noti tiegħek tal-ġeografija.

9. Fuq il-website ta’ teleskola tista’ ssib il-lezzjonijiet dwar it-topiks li ħarġu fil-karta tal-eżami (Year 8 Geography). Fil-lezzjonijiet se ssib il-materjal u l-ispjegazzjoni tat-temi li hemm fil-karta tal-eżami.

10. F’dawn il-YouTube channels tista’ ssib videos bil-Malti dwar il-mapep, il-ħin, it-terremoti, il-vulkani, id-deżerti u d-diżastri naturali.
https://www.youtube.com/channel/UCFod2MfRt9-g9EgVLDoWYbA
https://www.youtube.com/channel/UCPrQNNwtVJB9iLWRX7I0-qA

11. Wara tista’ tiċċekkja xogħolok billi tħares lejn ‘Tweġibiet – ġeografija_yr8’ ħalli tkun taf kif mort. (tista’ issibha taħt riżorsi)

Tweġibiet-–-ġeografija_yr8-bc22da20bba6bfe1455a2175c34a742c.pdf

12. Wara li tiċċekkja xogħolok qis li tagħmel nota tat-topiks li għandek tirrevedi.

13. Ipprova aħdem karti oħra tal-eżami annwali.

14. Il-karti tal-eżami tista’ ssibhom fuq:
https://curriculum.gov.mt/en/Pages/Home.aspx

a. Ikklikkja fuq ‘exams paper’.

b. Ikklikkja fuq ‘middle / secondary school’ u agħżel sena.
Dejjem ibda billi taħdem il-karti li huma riċenti.

c. Ikklikkja fuq ‘geography’.

d. Ikklikkja fuq ‘geography – year 8’.

e. Ikklikkja fuq ‘geography_yr8….’
Il-file li jispiċċa bl-ittri ‘_mv’ huwa l-karta tal-eżami bil-Malti.
Waqt li l-file li jispiċċa bl-ittri ‘_ms’ huwa l-iskema tal-marki. Fl-iskema tal-marki hemm it-tweġibiet u kif il-marki għandhom jitqassmu għal kull mistoqsija.

15. Waqt li qed taħdem il-karti tal-eżami tista’ tiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet. Ħu nota tagħhom, irrevedi t-topik u jekk hemm bżonn saqsi lill-għalliem/a tiegħek biex igħinek/tgħinek issolvi l-problemi li għad għandek dwar il-ġeografija.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp