Karta tal-eżami annwali

This lesson was contributed by:

Tracy Spiteri Staines

This lesson is for:

Lesson Duration:

40 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni se naħdmu mudell tal-karta tal-eżami tal-ġeografija ġenerali.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

1. L-istudju huwa mportanti sabiex tkun ippreparat/a għall-eżami. Huwa importanti li naħdmu xi karti tal-eżamijiet sabiex inkunu nafu liema topiks għandna nerġgħu nirrevedu u biex ikollna idea ta’ kif se tkun il-karta tal-eżami.

2. Niżżel il-karta tal-eżami ‘geografija_yr9_gen_karta mudell.pdf’ (tista’ issibha taħt riżorsi) u ipprintja l-paġni kollha.

geografija_yr9_gen_karta-mudell-dc242d1a60ed22f4eb4b618d60a800ef.pdf

3. Dawn huma t-topiks li l-istudenti kellhom jistudjaw għal din il-karta mudell tal-eżami:

Huwa importanti li tikkonferma mal-għalliem/a tiegħek liema huma t-topiks li għandek tistudja għall-eżami tiegħek.

4. Il-karta tal-eżami trid tinħadem f’40 minuta. Fid-disa’ sena l-istudenti jkollhom eżami ta’ sagħtejn fejn jingħataw il-karti tal-eżami tal-geografija, studji soċjali u tal-istorja. Dawn il-karti tal-eżami huma mfasslin bil-ħsieb li kull karta trid tinħadem f’40 minuta.

5. Issettja tajmer għal 40 minuta u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

6. Waqt li qed taħdem il-karta aqra l-istruzzjonijiet sew.

7. Il-marki u l-ispazju mogħti biex twieġeb il-mistoqsijiet se jiggwidawk dwar it-tul tat-tweġiba tiegħek.

8. Waqt li qed taħdem il-karta tal-eżami tista’ tirreferi ukoll għall-ktieb ‘Id-dinja Darna 1’ paġni 24-26, 32-37, 89-114.

9. Fuq il-website ta’ teleskola tista’ ssib il-lezzjonijiet dwar it-topiks li ħarġu fil-karta tal-eżami. Fil-lezzjonijiet se ssib il-materjal u l-ispjegazzjoni tat-temi li hemm fil-karta tal-eżami.

10. F’dan il-YouTube channel tista’ ssib videos bil-Malti li se jgħinuk fit-topiks li ssemmew hawn fuq.
https://www.youtube.com/channel/UCc6MqMjOVGgPWVYwJL0zdOw

11. Wara tista’ tiċċekkja xogħolok billi tħares lejn ‘Tweġibiet – ġeografija_yr9_gen’ ħalli tkun taf kif mort. (tista’ issibha taħt riżorsi)

Tweġibiet-–-ġeografija_yr9_gen-099a07ccd33c8d9fd11c22ca9b5049c7.pdf

12. Wara li tiċċekkja xogħolok qis li tagħmel nota tat-topiks li għandek tirrevedi.

13. Ipprova aħdem karti oħra tal-eżami annwali.

Nota: huwa mportanti li tiftakar li l-karta tal-eżami għandha tinħadem f’madwar 40 minuta. Dan it-tibdil sar mis-sena 2018. Il-karti tal-eżamijiet l-oħra (il-karti ta’ qabel is-sena 2018) huma itwal (peress li l-eżami qabel kien idum siegħa u nofs).

Mis-sena 2018 l-eżami tal-ġeografija isir flimkien ma’ tal-istorja u l-istudji soċjali. L-istudenti jingħataw tliet karti tal-eżami (ġeografija, storja u studji soċjali) u dawn għandhom jinħadmu f’sagħtejn (40 minuta fuq kull karta).

Ftakar ukoll li t-topiks għall-eżami annwali ġieli nbidlu. F’każ ta’ diffikultà saqsi lill-għalliem/a tiegħek dwar il-karta tal-eżami li se taħdem u dwar it-topiks li huma għall-eżami annwali tiegħek.

14. Il-karti tal-eżami tista’ ssibhom fuq:
https://curriculum.gov.mt/en/Pages/Home.aspx

a. Ikklikkja fuq ‘exams paper’.

b. Ikklikkja fuq ‘middle / secondary school’ u agħżel sena.
Dejjem ibda billi taħdem il-karti li huma riċenti.

c. Ikklikkja fuq ‘geography’.

d. Ikklikkja fuq ‘geography – year 9’.

e. Ikklikkja fuq ‘geography_yr9_gen….’
Il-file li jispiċċa bl-ittri ‘_mv’ huwa l-karta tal-eżami bil-Malti.
Waqt li l-file li jispiċċa bl-ittri ‘_ms’ huwa l-iskema tal-marki.
Fl-iskema tal-marki hemm it-tweġibiet u kif il-marki għandhom jitqassmu għal kull mistoqsija.

15. Waqt li qed taħdem il-karti tal-eżami tista’ tiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet. Ħu nota tagħhom, irrevedi t-topik u jekk hemm bżonn saqsi lill-għalliem/a tiegħek biex igħinek/tgħinek issolvi l-problemi li għad għandek dwar il-ġeografija.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp