Taħdit -Kellimni fuq dawn

This lesson was contributed by:

Josette Baldacchino

This lesson is for:

Lesson Duration:

30 mins.

What should you expect from this lesson?

It-tfal se jitkellmu dwar l-istampi li se jidhru fil-preżentazzjoni biex iħaddmu l-ħila tat-taħdit.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

1. Ikklikkja l-preżentazzjoni – Kellimni fuq dawn.
Se tuża tliet slides kull darba mill-preżentazzjoni biex tagħmel lezzjoni tat-taħdit.
Għal kull slide li turi saqsi l-mistoqsijiet ipprovduti jew oħrajn li tixtieq.

• Mistoqsijiet li tista’ ssaqsi dwar slide 2:
X’post qed turi din il-binja?
Kif taf?
Inti ġieli mort f’post bħal dan?
Għaliex?
Xi ġralu l-kelb tat-tifla tal-flokk il-vjola?
X’annimal għandhom fil-gaġġa ż-żewġt itfal?
X’annimal għandha fil-gaġġa l-mara anzjana?
X’annimal għandu r-raġel tal-mustaċċi?

• Mistoqsijiet li tista’ ssaqsi dwar slide 3:
Xi ġralu dan it-tifel?
X’qed jagħmlulu ma’ saqajh?
X’annimali qed tara fl-istampa?
Għid x’inhi liebsa l-omm.
Inti ġieli weġġajt meta mort fil-kampanja?
Xi ġralek?
X’għamilt wara?

• Mistoqsijiet li tista’ ssaqsi dwar slide 4:
X’qed jiġri f’din l-istampa?
Inti ġieli mort tieġ?
Ta’ min?
Kif ikun tieġ?
Kif tkun liebsa l-għarusa fit-tieġ?
Kif ikunu lebsin il-mistednin?
Mal-għarajjes ġieli jkun hemm xi tfal mexjin magħhom. Xi jkunu qed jagħmlu dawn it-tfal?

• Mistoqsijiet li tista’ ssaqsi dwar slide 5:
X’qed jagħmlu ż-żewġt itfal?
Fejn qegħdin?
Liema hi s-sodda tat-tifla?
Għaliex?
Inti taqsam il-kamra tas-sodda tiegħek ma’ xi ħadd? Ma’ min?
Il-kamra tas-sodda tiegħek hija kbira jew żgħira?
Semmi xi affarijiet li għandek fil-kamra tas-sodda tiegħek.
Tixtieq li l-kamra tas-sodda tiegħek kienet differenti? Kif tixtieq li tkun?

• Mistoqsijiet li tista’ ssaqsi dwar slide 6:
X’qed jagħmlu t-tfal?
Fejn qegħdin?
X’hemm fuq is-sodda?
X’fih l-inkwatru li hemm fuq is-sodda?
X’taħseb li se tgħid omm it-tfal xħin se tidħol fil-kamra?
Il-kamra tiegħek ġieli kienet tixbah lil din? Kif tkun?
Xi jkollok barra minn postu?
X’tgħid ommok?

• Mistoqsijiet li tista’ ssaqsi dwar slide 7:
X’qed tagħmel it-tifla li hemm bilqiegħda?
Kif inhu xagħarha?
X’inhi tagħmel?
Inti taf iddoqq il-kitarra jew xi strument ieħor?
X’taf iddoqq?
Kemm ilek iddoqqu?
Fejn titgħallmu?
X’taħseb li kienet qed tagħmel it-tifla li hemm bilwieqfa? Kif taf?

• Mistoqsijiet li tista’ ssaqsi dwar slide 8:
X’qed jagħmlu dawn it-tfal flimkien?
Fejn qegħdin saqajhom?
X’qed jagħmel it-tifel waqt li qed jistad?
X’inhu liebes it-tifel?
Kif inhu xagħar it-tifla?
Inti ġieli mort tistad?
Meta?
Taqbad ħut?
X’taqbad?

• Mistoqsijiet li tista’ ssaqsi dwar slide 9:
X’qed jagħmlu dawn it-tfal?
Fejn qegħdin?
Għalfejn taħseb li qed jagħmlu hekk?
Għid x’inhu liebes it-tifel li tiela’ l-ewwel fuq is-sellum?
X’inhi liebsa t-tifla l-kbira nett?

• Mistoqsijiet li tista’ ssaqsi dwar slide 10:
Fejn qegħdin dawn in-nies?
X’qed jagħmel it-tifel mal-kelb tiegħu?
Inti tħobb tmur il-baħar?
Tippreferi tmur fir-ramel jew fuq il-blat? Għaliex?
Kemm hemm nies jaqraw il-kotba?
X’inhu liebes ir-raġel li qed iġorr l-umbrella fuq spalltu?

Ikklikkja hawn biex tara r-riżorsa.

Għal aktar riżorsi żur is-sit: malti.skola.edu.mt

All the resources you need to carry out this lesson at home:

There are 2 Resources for this lesson

  Kellimni stampa .png | download
  Kellimni fuq dawn .ppt | download

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp