L-ilma 13 – L-għargħar

This lesson was contributed by:

Moira Buttigieg

Lesson Duration:

40 mins.

What should you expect from this lesson?

Jagħrfu l-kawżiet naturali kif ukoll dawk ikkaġunati mill-bniedem li jwasslu għall-għargħar billi jsemmu eżempji minn madwar id-dinja. Jispjegaw miżuri li permezz tagħhom jista’ jonqos il-periklu u r-riskji mill-għargħar. Isemmu eżempji speċifiċi ta’ proġetti li jikkontrollaw l-għargħar.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

Ix-xmajjar huma sors importanti tal-ilma. Ħafna mill-ibliet fid-dinja inbnew u kibru viċin xi xmara, bħal per eżempju Londra, Ruma, Pariġi u l-Kajr. Dan minħabba li x-xmajjar jipprovdu ilma għall-użu domestiku, industrijali u agrikolu. Barra minn hekk ix-xmajjar jipprovdu ikel u mezz faċli ta’ trasport. Ix-xmajjar, iżda, huma wkoll kawża ta’ diżastri naturali. Waħda mill-akbar problemi kkawżati minn xmajjar hi l-għargħar.

Tiftakar x’inhu l-għargħar? X’jiġri waqt għargħar?

L-għargħar jiġri meta xmajjar jaqbżu l-livell normali tagħhom u jgħarrqu l-art ta’ madwarhom. F’postijiet fejn m’hemmx xmajjar xorta jkun hemm għargħar. Dan jista’ jiġri minħabba raġunijiet naturali jew minħabba attivitajiet tal-bniedem.

Ara dan il-vidjo u wara iddiskuti:

Taf issemmi xi raġunijiet naturali li joħolqu l-għargħar?
Taf issemmi xi attivitajiet tal-bniedem li joħolqu għargħar?
Għaliex il-qtugħ tas-siġar u foresti iżid ir-riskju tal-għargħar?
Għaliex xita ħafifa li tinżel fuq perjodu twil ta’ żmien toħloq inqas riskju ta’ għargħar minn ħalba xita qalila?
Taħseb li t-tibdil tal-klima jista’ jżid jew inaqqas il-każijiet ta’ għargħar?

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Discuss or Ask Questions about this lesson:

Leave a Comment

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp