L-iskart 4 – Nirriċiklaw l-iskart

This lesson was contributed by:

Tracy Spiteri Staines

Lesson Duration:

60 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni se naraw metodi oħra ta’ kif l-iskart jinġabar u jiġi rkuprat (il-bring-in sites u ċ-ċentri tal-iskart goff.)

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

1. Ara dawn iż-żewġ filmati dwar iċ-ċentri tal-iskart goff:

2. Ara wkoll dawn iż-żewġ filmati qosra dwar il-bring-in sites:

metall u ħġieġ:

plastik u karta:

3. L-istampi A u B juru żewġ metodi li bihom il-pubbliku jista’ jarmi diversi oġġetti b’mod isseparat.

Stampa A                                                                                    Stampa B

a. Xi skart jinġabar fil-kontenituri li jidhru fi stampa A?

b. Semmi xi skart goff domestiku li jista’ jintefa’ fil-post li jidher fi stampa B.

ċ. Agħti xi raġunijiet biex tispjega għaliex dawn is-siti huma meħtieġa f’pajjiżna.

d. Semmi metodi oħra li bihom l-iskart f’pajjiżna qiegħed jinġabar b’mod isseparat.

e. Fi ftit kliem spjega xi jsir minnu l-iskart li jinġabar b’mod isseparat mill-bring-in sites u miċ-ċentri għall-iskart goff.

Jekk issib xi diffikultà tista’ tuża l-ktieb Id-Dinja Darna 3 Pg 47-49 u l-istampi li hemm fit-taqsima tar-riżorsi.

4. a. Imla l-vojt bil-kliem mogħti biex tkompli dan il-paragrafu dwar l-irkupru u r-riċiklar tal-iskart.

Hekk kif l-iskart isseparat jinġabar mid-djar, miċ-__________ u miċ-ċentri għall-iskart goff, dan jittieħed fl-Impjant tar-Riċiklaġġ f’_________ . Dan l-impjant jista’ jittratta mas-36,000 tunnellata ta’ skart u materjal riċiklabbli fis-sena. Ħafna mill-iskart jitgħaffeġ biex jieħu inqas ___________ u jiġi ppakkjat f’__________ kbar u jinbiegħ. Ħafna minnu jiġi esportat biex minnu jinħadmu prodotti __________ ġo fabbriki kbar tar-riċiklar. Materjal ieħor bħall-ħġieġ, il-plastik u t-tajers jitqatta’ fi __________ żgħar b’magni apposta biex ukoll jiġi esportat. L-irkupru tal-iskart b’dan il-mod jgħinna niffrankaw kemm il-__________ kif ukoll l-enerġija meħtieġa kemm għall-estrazzjoni kif ukoll għall-__________ tal-prodott.
Parti mill-iskart __________ li narmu fil-borża s-sewda wkoll qed jiġi sseparat fl-impjant ta’ Sant’Antnin. Hawnhekk issir is-separazzjoni tal-iskart b’mod __________ biex jintgħażlu l-materjali li huma riċiklabbli bħall-kartun, il-plastik, il-ħġieġ u l-metall.

b. Fittex fuq siti elettroniċi dwar,
• kif isir ir-riċiklar tal-karta u l-kartun;
• x’riżorsa naturali nkunu qed nipproteġu meta nirriċiklaw il-karta u l-kartun;
• kemm jinħtieġu siġar biex nagħmlu tunnellata karta;
• kif inkunu nafu li l-karta li qed nużaw hija verament irriċiklata.

ċ. Agħżel wieħed minn dawn il-materjali miġbura b’mod isseparat f’pajjiżna,

il-ħġieġ,
il-metall, jew
il-plastik.

Għid kif dan il-materjal jista’ jiġi rriċiklat u semmi xi prodotti sekondarji meħuda minnu.

5. Issa tista’ tiċċekkja xogħlok billi tħares lejn il-pdf ‘Tweġibiet’. (tista’ issibha taħt riżorsi).

6. Dawn il-websites fihom informazzjoni dwar l-affarijiet li ddiskutejna f’din il-lezzjoni:

Agħfas hawn għall-informazzjoni dwar iċ-ċentri tal-iskart goff.
Agħfas hawn jekk trid tkun taf aktar dwar il-bring-in sites.
Agħfas hawn biex tara video dwar il-bring-in sites.
Agħfas hawn biex tara dan il-filmat li jispjega kif il-karta tiġi rriċiklata.

7. Agħfas hawn biex tilgħab logħba interattiva dwar l-iskart.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp