L-Ortografija – In-Numri

This lesson was contributed by:

Stefania Scicluna

This lesson is for:

Lesson Duration:

80 mins.

What should you expect from this lesson?

L-istudenti jkunu kapaċi jużaw tajjeb in-numri 3, 4, 7, 8 u 9 fil-kitba kif ukoll f'kuntesti differenti.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

L-introduzzjoni: Il-lezzjoni tibda billi lill-istudenti turihom numru u jgħidu x’insejħulu bil-Malti. Wara ftit li tkun għamilt dan, agħti eżempji aktar kumplessi imma din id-darba f’sentenzi. Eżempji ta’ sentenzi jistgħu jkunu bħal: Għandi (7) sebat iklieb u (8) tmint iħmir, Xtrajt (3) tliet kaxxi ġugarelli eċċ.. Dan kollu jsir biex l-istudenti jiġu konxji li n-numri jinbidlu fil-mod kif tgħidhom u anki kif tiktibhom.

L-1el pass: Tkompli billi tibda tara l-preżentazzjoni mehmuża hawnhekk biex tara kif tikteb sew in-numru 3. Ara sew minn slide nru 2 sa nru 4 biex wara tkun tista’ tinħadem slide 5 u wara tikkoreġi xogħlok minn slide 6.

It-2ni pass: Ikun imiss in-numri 4, 7 u 9. Tiġi spjegatha slide nru 7 u kif tara li fhimthom sew, aħdem l-eżerċizzju li hemm fis-slide ta’ wara. Iċċekkja xogħlok minn slide nru 9.

It-3et pass: Ikun fadal biss in-numru 8 li għandek issib l-ispjegazzjoni, ix-xogħol u anki t-tweġibiet fuq l-aħħar tliet slides tal-preżentazzjoni.

Ir-4a pass: Ara l-istorja li hemm fuq il-handout biex wara tkun tista’ timla l-vojt bin-numri miktubin tajjeb fl-ispazji provduti. Wara tista’ tiċċekkja xogħlok permezz tat-tweġibiet li għandek issib hawnhekk ukoll.

L-għeluq: Bis-saħħa tal-quiz online provdut ma’ din il-lezzjoni tista’ fl-aħħar mill-aħħar tara kemm fhimt. Awguri ħbieb!

Agħfas hawn għar-riżorsi.

Din hija l-ħolqa għall-kwizz: https://quizizz.com/admin/quiz/5ebab7214e382e001c0d2475/in-numri-u-s-scicluna

All the resources you need to carry out this lesson at home:

There is 1 Resource for this lesson

  shutterstock_1051829627 .jpg | download

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp