Mapep u Pjanti 2: Inkejlu d-distanza fuq Mappa

This lesson was contributed by:

Lorna Darmanin

This lesson is for:

Lesson Duration:

60 mins.

What should you expect from this lesson?

F'din il-lezzjoni se nitgħallem x'inhi skala ta' mappa u għalfejn tintuża. Se nagħraf tliet tipi ta' skali differenti u xi jfissru. Se nitgħallem ukoll inkejjel fuq mappa diġitali permezz ta' Google Maps.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

Illum se naraw għalfejn insibu mapep ta’ daqsijiet differenti skont għaliex irriduhom. Ejja nieħdu eżempju. Ejja nimmaġinaw li aħna turisti u ġejna għal btala ġewwa Malta. Jekk jiena se nitlaq mill-Awstralja u nixtieq nara l-pożizzjoni tal-Gżejjer Maltin għandi bżonn mappa tad-dinja,
Din se jkollha skala kbira, jiġifieri mhux se turini ħafna dettall, u Malta se tidher żgħira ħafna. Jekk jiena se nivvjaġġa madwar Malta bil-karozza għandi bżonn mappa li turini t-toroq kollha ta’ Malta, u allura għandi bżonn nara lil Malta sħiħa fuq il-mappa tiegħi. Din il-mappa għandha skala iżgħar, u allura se turini lil Malta aktar mill-viċin. Pero’, jekk jiena se nqatta’ ġurnata ndur l-attrazzjonijiet ġewwa l-Belt Valletta, jaqbilli nakkwista mappa fejn il-Belt Valletta tidher kbira u b’hekk inkun nista’ nara ħafna aktar dettall. Din ngħidu li jkolla skala żgħira, jiġifieri se turini aktar u aktar mill-viċin.

Ejja naraw dan il-filmat qasir sabiex nifhmu aħjar.

Permezz tal-iskala jiena nista’ nkejjel id-distanza fil-verita’. Ejja nieħdu eżempju…jekk għandi mappa ta’ Malta bl-iskala ta’ 1cm=100m, kull ċentimetru se jsarraf 100 metru fil-verita’. Allura, jekk jiena nkejjel bejn post u ieħor bir-riga u nsib li hemm 2 ċentimetri, dan ifisser li fil-verita’ hemm 200 metru. Kull ma nagħmel allura huwa li nkejjel bir-riga u nimmoltiplika ċ-ċentimetri skont l-iskala. Ejja naraw dan il-filmat li jispjega tajjeb ħafna kif tkejjel fuq mappa.

Mela issa suppost nafu li kull mappa għandha skala tagħha. L-iskala turina kemm hu d-daqs tal-mappa fil-verita’, u għalhekk jekk inkejjel fuq il-mappa u nuża l-iskala nista’ nkun naf id-distanzi fil-verita’. Nista’ wkoll inkejjel fuq mappa b’mod diġitali billi nuża Google Maps. Il-filmat li jmiss se jispjega dan kollu.

Illum nixtieqek tuża Google Maps biex tkejjel:
1. Id-distanza mill-iskola għad-dar tiegħek.
2. Id-distanza mill-iskola għall-eqreb knisja.
3. Id-distanza mid-dar tiegħek għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Issa li taf tkejjel fuq Google Maps, nistiednek toħloq rotta fejn tgħaqqad 6 postijiet u tkejjel id-distanza totali.
Tista’ toqgħod tipprattika billi tkejjel id-distanza minn Malta sa pajjiżi differenti u tieħu nota tar-riżultati kollha.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp