Mapep u Pjanti 3: Simboli fuq il-mapep u t-Tifsira tas-Simboli

This lesson was contributed by:

Lorna Darmanin

This lesson is for:

Lesson Duration:

60 mins.

What should you expect from this lesson?

F'din il-lezzjoni se nitgħallem dwar l-użu tas-simboli fuq mapep u pjanti. Se nkun naf x'inhi t-Tifsira tal-Mappa u kif din hija ta' għajnuna biex naqra mappa. Se nuża wkoll Google Maps biex nara l-użu tas-simboli fuq mappa diġitali.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

Illum se naraw kif nużaw is-simboli fuq il-mapep u l-pjanti. Simbolu jirrapreżenta xi ħaġa b’mod aktar sempliċi u li jinftiehem. Simbolu jkun tpenġija sempliċi li tindika nformazzjoni. Dan ikun ġeneralment li jingħaraf malajr, u relatat mal-oġġett li qed jirrappreżenta. Eżempju simbolu li qed juri platt, furketta u sikkina aktarx li qed jirrappreżenta restorant.

Ejjew naraw dan il-filmat ħalli nifhmu aħjar.

Kif rajna fil-filmat, is-simboli ħa jissimplifikaw ħafna l-mappa, u se jagħtuna ħafna nformazzjoni dwar dak il-post. Huwa mpossibli li niftakru t-tifsira tal-mijiet ta’ simboli li jintużaw. Dan għaliex is-simboli jistgħu ivarjaw minn mappa għal oħra. Għalhekk, kull mappa jkollha dik li tissejjaħ key jew legend bl-Ingliż, u Tifsira tal-Mappa jew tifsira tas-Simboli bil-Malti. It-Tifsira tal-mappa tkun kaxxa li ġeneralment insibu fil-ġenb jew taħt il-mappa. F’din il-kaxxa jkun hemm is-simboli kollha użati fil-mappa u t-tifsira tagħhom. Fil-ġenb tista’ ssib diversi eżempji biex jgħinuk tifhem aħjar.

Issa ara dan il-filmat bil-Malti sabiex tkun tista’ ssegwi t-taħriġ li jmiss:

Wara li rajt il-filmat, issa kapaċi tesperimenta inti stess fuq Google Maps. Illum nixtieqek tpinġi mappa sempliċi tal-qalba tar-raħal tiegħek, fejn ġeneralment issib il-knisja u diversi ħwienet. Se tidħol fuq Google Maps u tfittex din il-parti tar-raħal. Fuq karta vojta, bil-lapes, se tpinġi l-pjazza u t-toroq tal-madwar. Issa tista’ żżid is-simboli tal-fattizzi ewlenin tal-mappa, bħal xi knisja, kappella, restorant, każin/bar, għassa tal-puluzija, skola, stejġ tal-linja, ħwienet u djar. Din se toħodlok ftit ħin mhux ħażin jekk trid tagħmilha kif suppost. Jekk inti tinqala’ tista’ tuża l-kompjuter biex toħoq din il-mappa. Tinsiex li l-mappa jrid ikollha t-Tifsira tal-Mappa jew Tifsira tas-Simboli, fejn se tispjega kull simbolu xi jfisser.

Bħala konklużjoni se naraw filmat qasir ieħor….tinsiex tibgħat il-mappa li ħloqt lill-għalliema tiegħek għax se tieħu gost biha żgur !

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp