Platt Vojt

This lesson was contributed by:

Silvana Cardona

Lesson Duration:

40 mins.

Empty plate featured image

What should you expect from this lesson?

Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti huma mistiedna jiddeskrivu, jiftakru fit-togħma u jkunu grati għall-ikell favorit tagħhom. Meta jirrelataw it-togħma tajba ma’ kemm iħossuhom tajjeb wara li jieklu l-ikel favorit tagħhom, il-parteċipanti huma mistiedna jiftakru fin-nuqqas ta’ ikel u fil-ġuħ li jeżisti madwar id-dinja minħabba inġustizzja u kilba ekonomika. L-għan ta’ din il-lezzjoni hu li jħeġġiġna biex niġġieldu kontra l-inġustizzja u l-kilba ekonomika b’kull mod, inkluż bit-talb.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

Ir-riżorsi li għandek bżonn għal din il-lezzjoni flimkien ma’ riżorsi oħra provduti bħala pdfs f’din il-paġna huma: 

  • Printout tal-qafas tal-pożati (platt, furketta, mgħarfa, sikkina) jew platt tal-kartun
  • Kuluri jew materjal ieħor tat-tpinġija
  • Stampi ta’ ikel favorit tiegħek
  • Imqass
  • Glue stick
  • Biro jew lapes
  1. Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo qasir bl-isem ta’: Children and The Empty Plate Test
  2. Ħu ftit ħin biex timmaġina lilek innifsek minflok dawk it-tfal li sabu biċċa ħobż fuq il-platt.
    Kif taħseb li tħossok kieku tinduna li t-tifla jew it-tifel li hemm ħdejk m’għandhom xejn fil-platt tagħhom?
  3. Biex tgħinek timmaġina, bl-għajnuna ta’ adult tista’ tipprintja qafas ta’ pożati (platt, furketta, sikkina, mgħarfa) mir-riżosi provduti b’forma ta’ pdf jew fuq platt tal-kartun u fuqu pinġi jew waħħal stampi tal-ikel favorit tiegħek.
  4. Issa, ipprova ftakar f’meta kilt l-ikel favorit tiegħek. Fuq il-qafas tal-pożati madwar il-platt jew fuq wara tal-platt tal-kartun wieġeb dawn il-mistoqsijiet:
    X’togħma kellu l-ikel?
    Kif ħassejtek meta rajt l-ikel favorit tiegħek fil-platt u kif ħassejtek wara li kitlu?
  5. Sfortunatament, bħalma rajna fil-vidjo qasir fin-numru 1, ħafna tfal u anke kbar madwar id-dinja, ta’ kuljum ikollhom platti vojta tal-ikel. Ħafna nsew meta kienet l-aħħar darba jew jekk qatt kellhom dik id-darba li daqu l-ikel favorit tagħhom.
  6. Tista’ taħseb għala n-nies ibatu l-ġuħ u xi drabi jmutu bil-ġuħ ukoll?
    Tista’ tiftakar x’għamlu t-tfal meta sabu biċċa ħobż fuq il-platt, u saru jafu li t-tifel ta’ ħdejhom kellu platt vojt?
  7. In-nies qegħdin ibatu l-ġuħ mhux għax m’hawnx biżżejjed ikel fid-dinja għal kulħadd, imma għax uħud mill-politiċi u mexxejja ta’ kumpaniji mhumiex lesti li jaqsmu dak li għandhom ma’ dawk li m’għandhomx. Din tissejjaħ kilba ekonomika. Din il-kilba ekonomika twassal għall-inġustizzji. Probabbli, waqt li kont qed tara l-vidjo qasir, u rajt lil dak it-tifel bil-platt vojt, bdejt tgħid… Dan mhux sew! Mhux ġust! X’ħasra!
  8. Li tħossok iddispjaċut u li waħdek biss toqgħod tgħid li mhux ġust, mhux ser iwaqqaf lil dawn it-tfal u lill-familji tagħhom milli jbatu l-ġuħ u jmutu wkoll. Tista’ taħseb f’modi kif inti tista’ tgħin? Hawn għandek issib ftit ideat ta’ kif tista’ tgħin:-
    a) Kun grat għal dak li għandek.
    b) Aqsam dak li għandek fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum mingħajr ma tistenna xejn lura.
    c) Evità l-ħela u kul bil-qjies u bnin.
    d) Agħti sapport lill-inizzjattivi missjunarji u programmi oħra.
  9. Dan kollu ma jkunx biżżejjed biex jeqred in-nuqqas ta’ ikel u l-ġuħ li hawn fid-dinja. Biex din il-ħolma ssir realtà, uħud mill-politiċi u l-mexxejja tal-kumpaniji jeħtieġilhom li jbiddlu l-valuri, l-ideat u l-prioritajiet tagħhom. Biex dan iseħħ, aħna nistgħu ningħaqdu flimkien permezz tat-talb.
  10. Sib post komdu, agħlaq għajnejk u itlob l’Alla jiftaħ il-moħħ u jmiss il-qalb tal-mexxejja kollha tad-dinja u tal-kumpaniji biex ikunu lesti li jaqsmu r-riżorsi tagħhom mingħajr ma jistennew xejn lura. B’dan il-mod ħadd qatt ma jkollu platt vojt.
    Eżempju:- Għażiż Alla, filwaqt li ngħidlek grazzi għall-ikel li għandi, nitolbok tiggwida lill-mexxejja kollha fid-dinja biex jieħdu deċiżjonijiet tajba u b’hekk kulħadd ikollu s-sehem tiegħu tal-ikel.
  11. Issa, tista’ tpoġġi l-platt bit-tpinġija tal-ikel favorit tiegħek x’imkien fejn tiekol inti. Hekk tkun tista’ tiftakar tgħid grazzi lil Alla tal-ikel tiegħek u biex titlob għall-mexxejja tad-dinja biex ikunu lesti jaqsmu s-sehem tagħhom.

Il-vidjo bl-isem ‘Platt Vojt’ jista’ jiggwidak matul dawn il-pass filwaqt li l-vidjo link bl-isem Feeding His Family  jista’ jgħinek issir konxju dwar kif jgħixu ċertu familji ta’ kuljum.

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp