Postijiet fid-dawl (filgħodu) u postijiet fid-dlam (billejl)

This lesson was contributed by:

Romina Galea Pulo

This lesson is for:

Lesson Duration:

40 mins.

What should you expect from this lesson?

L-iskop ta’ din il-lezzjoni huwa li l-istudenti jagħrfu liema postijiet ikollhom id-dawl (filgħodu) u oħrajn li jkollhom id-dlam (billejl). L-istudenti se jagħrfu wkoll kif fid-dinja għandna ħinijiet differenti.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

X’differenza hemm bejn filgħodu u filgħaxija?
Segwu l-ewwel vidjow biex tifhmu kif ikollna dawl u dlam fid-dinja.

Filgħodu tista’ tara x-xemx li tagħti d-dawl u tista’ tħoss is-sħana tagħha. Billejl, ix-xemx tkun in-naħa l-oħra tad-dinja allura d-dawl u s-sħana ma jkunux hemm kif qed taraw fi stampa 1.

Ikollna dawl u dlam minħabba li d-dinja ddur fuq l-axis tagħha allura partijiet differenti tad-dinja ikollhom daqqa dawl u daqqa dlam.
Id-dinja ddum 24 siegħa biex iddur fuq l-axis tagħha u biex tagħmel dawra sħiħa. Din ngħidulha rotazzjoni. Minħabba f’hekk ikollna filgħodu (dawl) u filgħaxija (dlam).
Il-Ħin
Id-dinja nistgħu naqsmuha b’mod immaġinarju f’linji orizzontali (latitudes) u vertikali (longitudes).
Il-linja immaġinarja li taqsam lid-dinja b’mod vertikali min-nofs, insejħulha ‘Prime Meridian’. (Araw stampa 2)


Din il-linja flimkien mal-linji vertikali l-oħra, jgħinuna nifhmu għaliex fid-dinja hawn ħinijiet differenti.
Fil-fatt b’dawn il-linji immaġinarji vertikali, naqsmu lid-dinja f’24 siegħa tal-ħin standard kif qed naraw fi stampa 3.

Discuss or Ask Questions about this lesson:

Leave a Comment

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp