1. Agħti l-karta tat-taħriġ bl-isem It-Traġedja tat-Titanic lit-tfal.
2. Għid lit-tfal li jistgħu jaqraw il-mistoqsijiet iżda ma jiktbu xejn.
3. Għid lit-tfal li se jisimgħu silta rrekkordjata.
4. Għid lit-tfal li jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet waqt li qed jisimgħu s-silta.
5. Wara li t-tfal jisimgħu s-silta, agħti ftit ċans ħalli jkomplu jwieġbu l-mistoqsijiet.
6. Għid lit-tfal li se jerġgħu jisimgħu s-silta għat-tieni darba waqt li jwieġbu xi mistoqsijiet li jkunu ħallew barra.
7. Wara kkoreġi r-risposti tal-istudenti.
Ikklikkja hawn għas-silta rrekkordjata u l-mistoqsijiet.
Għal aktar riżorsi żur is-sit: malti.skola.edu.mt