X’irid minna Ġesù? – 8.6

This lesson was contributed by:

Kathleen Bonello

This lesson is for:

Lesson Duration:

50 mins.

What should you expect from this lesson?

F’din il-lezzjoni ser inkunu nafu liema huma l-Beatitudnijiet, u nitgħallmu dak li qalilna Ġesù dwar il-ferħ. Ser niddiskutu l-beatitudnijiet / versi differenti permess ta’ eżempji fil-ħajja tagħna.

Print this lesson

Press the button to print this lesson

Share on print
Print

How to carry out this lesson at home:

1. Ibda l-lezzjoni billi tagħmel is-sinjal tas-Salib.
2. Iddiskuti ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek: X’għandna nagħmlu biex inkunu kuntenti u anki dawk ta’ madwarna jkunu kuntenti?
3. Aħseb ftit li ħafna mill-kliem li semmejna kien għallimhomna Ġesù. Mela Ġesù stess irid minna li nħobbu lill-oħrajna, per eżempju li nippruvaw nġibu l-paċi.
4. Illum ser nitkellmu dwar l-Beatitudnijiet li qishom regoli li tana Ġesù sabiex jgħinna nkunu nafu x’għandna nagħmlu biex inkunu ferħanin. Ġesù jaħseb anki f’dawk in-nies li jbatu għaliex jgħidilna li wara l-ħajja fuq din l-art huma jgawduh fis-saltna t’Alla jiġifieri fil-ġenna.
5. Aqra ma’ min qed jieħu ħsiebek:
• Darba Ġesù tela’ fuq muntanja flimkien mal-appostli u folol ta’ nies.
• Hawnhekk Ġesù ħa l-opportunita’ sabiex jgħinhom ikunu jafu kif għandhom ikunu kuntenti.
• Minkejja li nbatu għandna niftakru li fl-aħħar mill-aħħar jkollna l-isbaħ rigal, dik li nkunu kuntenti.
6. Iftaħ il-powerpojnt fejn permezz tal-stampi u dak li ser taqra, x’kienu l-Beatitudnijiet li qal Ġesù.
7. Issa ser taqra dwar L-ewwel Beatitudni: Ħenjin l-foqra l-ispirtu permezz ta’ stejjer li jinsabu fl-islajd li jmiss.
8. Ftakar li mhux dak li jkollna u dak li nixtru bil-flus huma kollox, imma kemm inkunu kapaċi napprezzaw dak kollu li għandna.
9. Issa naraw It-tieni Beatitudni: Ħenjin dawk li jħennu.
10. Fil-lezzjoni li jmiss ser nidħlu f’aktar dettall ta’ xi jfisser li nħennu għal xulxin.
11. Inti xi tfisser għalik li nħennu għall-oħrajn? – Ngħinu. Lil min hu fil-bżonn.
12. Ifhem li min iħenn għall-oħrajn isib min iħenn għalih. Naraw li għax it-tifla tkun ħennet, hi wkoll sabet min iħenn għaliha/jgħinha.
13. Issa nitkellmu fuq It-tielet Beatitudni: Ħenjin dawk ta’ qalbhom tajba.
14. Ara ftit billi tagħti eżempji ta’ kif nistgħu nuru li għandna qalbna tajba.
15. Issa nitkellmu fuq Ir-raba’ Beatitudni: Ħenjin dawk li jġibu l-paċi.
16. Iddiskuti ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek x’tista’ tagħmel biex iġġib il-paċi.
17. Issa naħsbu fuq Il-ħames Beatitudni: Ħenjin dawk li huma ppersegwitati.
18. Iddiskuti kif kultant meta nagħmlu t-tajjeb u dak li jrid minna Alla, ma jfissirx li mhux ser insibu min jipprova jwaqqafna. Hawnhekk niddiskutu kemm huwa importanti li nemmnu fina nfusna u ma nħallu lil ħadd milli jwaqqafna milli nagħmlu dak li hu tajjeb.
19. Issa ħu f’idejk il-worksheet u aqra s-silta mogħtija u flimkien wassal lit-tfal isibu l-kelma permezz tal-istampi mogħtija (ĠESÙ).
20. Pinġi l-istampa u imla s-sentenza.
21. Iddiskuti Attività 3 u ifhem li qatt m’għandna niġġieldu qatt.
22. Spiċċa l-lezzjoni billi tkanta l-kanzunetta I’ll Follow Jesus – Dance. 

All the resources you need to carry out this lesson at home:

Featured Video of the lesson:

Share this lesson

If you enjoyed this, or think this is a great lesson, please feel free to share it on your social media tools.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on whatsapp
WhatsApp